133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
Fatima
b’kollaborazzjoni ma’ Dun Gorg Dalli
11 – 18 ta’ Awissu 2019
Visiting:
Fatima, Aljustrel, Valinhos, Batalha, Alcobaca, Nazare, Porto u Lisbon
Il-Ħadd 11 ta’ Awissu:
Niltaqgħu mat- tour leader fl-10.00 għaċ- check-in għat-titjira tagħna ma’ l- Air Malta lejn Lisbon, fil-Portugal li titlaq fil-12.15. Mal-wasla tagħkom, il- coach privat tagħkom teħodkom fil-lukanda ċentrali 4* ġewwa Fatima għal check in u tqassim tal-kmamar. Pranzu (optional) ikun servut qabel il-lejl.
It-Tnejn 12 ta’ Awissu:
Wara il-kolazzjon illum inħeġġukom tiskopru Fatima. Immorru lejn il-Kappella tal-Apparizzjonijiet magħrufa ukoll bħala il- Capelinha, il-Bażilika ta’ Our Lady of Fatima u l-Oqbra tat-tlett itfal fost postijiet oħra ta’ interess. Wara il-pranzu (optional), tkunu tistgħu tingħaqdu ma’ eluf ta’ pellegrinaġġi oħra li jżuru Fatima f’dan il-perjod fil-purċissjoni Aux Flambeaux
It-Tlieta 13 ta’ Awissu:
Wara il-kolazzjon immorru fil-pjazza Recinto sabiex nipparteċipaw fil-Quddiesa Internazzjonali. Iċ-ċerimonja tat-tberik tal-morda issir wara. Ingħaqdu mat-tour leader u membri oħra tal-grupp flimkien ma’ eluf ta’ oħrajn sabiex tassistu għal Adieus lill-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Wara tkunu tistgħu timxu fiż-żona magħrufa bħala Valinhos sabiex tieħdu sehem fl-Istazzjonijiet tas-Salib wara liema inkomplu lejn Ajustrel fejn inżuru id-dar li fiha it-tlett rgħajja żgħar : Lucia, Jacinta u Francisco kienu jgħixu. Aktar tard u wara il-panzu (optional) terġgħu tingħaqdu mal-grupp għar Rużarju Internazzjonali u il-purċissjoni Aux Flambeaux qabel il-lejl.
L-Erbgħa 14 ta’ Awissu:
Wara il-kolazzjon tistgħu tingħaqdu mat- tour leader għal eskursjoni ta’ jum sħiħ optional ir-reġjun fil-punent ta’ Fatima lejn l- Atlantic Ocean. Il-ġurnata tibda f’ Batalha għal ċans li żżuru l-abbey fejn blat mastizz kien skulturat f’forom delikati daqs il-borra. Inkomplu mbagħad lejn Alcobaca għal ċans li iżżuru il-monasteru famuż qabel ma nkomplu lejn Nazare bi sqaqien ta’ cobbles li jwasslu sal-bajja. Nirritornaw fil-lukanda fil-ħin għal pranzu (optional) u il-lejl.
Il-Ħamis 15 ta’ Awissu:
Wara il-kolazzjon inħeġġukom tiltaqgħu mat- tour leader u gwida titkellem bl-Ingliż għal eskursjoni ta’ jum sħiħ (optional) fit-tieni l-akbar belt Portugiża: Porto. Porto, magħrufa ukoll bħala ‘Invicta’ għandha reputazzjoni ta’ żiemel tax-xogħol fil-Portugal. Il-ġurnata tibda billi inżuru l- Avenue of Aliados u l-istazzjon tal-ferrovija f’ Sao Bento bil-madum abjad u blu tradizzjonali tagħha. Tkunu tistgħu tieħdu kafe (extra) fil-majestuż Café, wieħed mill-eqdem fl-Ewropa imbagħad inkomplu lejn id-distrett ta’ Ribeira, iddikjarata bħala sit tal- World heritage mill- UNESCO. Flimkien mal-grupp ser ikollok l-opportunita li iżżur il-palazz tal- Stock Exchange qabel il-lunch (extra). Wara nofsinhar tistgħu tmorru għal mini cruise fuq ix-xmara Douro (extra). Lura lejn il-lukanda għal pranzu (optional) u il-lejl.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Awissu:
Wara il-kolazzjon u checkout, il-coach teħodkom f’ Lisbon, il-belt kapitali ta’ Portugal. Mal-wasla tagħkom fil-lukanda tistgħu terġgħu tingħaqdu mal-kumplament tal-grupp għal eskursjoni qasira (optional) lejn il-Monument ta’ Kristu Re, waħda mill-landmarks l-aktar ikoniċi u prominenti li hija ‘l fuq madwar 113 metri mix-xmara Tagus (dħul extra). Lura lejn il-lukanda fil-ħin għal pranzu (optional) u il-lejl.
Is-Sibt 17ta’ Awissu: Wara il-kolazzjon, tiltaqgħu mat- tour leader u gwida titkellem bl-Ingliż għal eskursjoni optional f’ Lisbon. Mibnija fuq sebgħa għoljiet tħares fuq ix-xmara Tagus, il-panorama perfetta tas-sqaqien, fdalijiet antiki u kattidrali b’soqfa bojod tkun qed tistennikom. Ikollkom l-opportunita li żżuru il-monument dedikat lill Enriku in-Navigatur, it-Torri Belem kif ukoll Alfama, il-post fejn twieled San Anton. Wara lura lejn il-lukanda għal pranzu (optional) u il-lejl.
Il-Ħadd 18ta’ Awissu: Wara il-kolazzjon u checkout (kamra għas-sigurta tal-bagalji tkun disponibbli) tingħaqdu mat- tour leader għal quddiesa ta’ l-aħħar. Wara lejn l-ajruport ta’ Lisbona għat-titjira lura lejn Malta li titlaq fit- 15.10.
Prezz kull persuna:
Twin
Triple
Single
Child
(taħt it- 12 il-sena ma’ 2 Adulti)
Prezz Jinkludi:
Titjiriet diretti ma’ l-Air Malta lejn Lisbon
10 Kgs Hand Luggage
23 Kgs Checked-In Luggage
Trasferimenti kollha
5 t’Iljieli fil-4* Hotel Sao Jose (jew simili) ġewwa Fatima fuq bażi Bed & Breakfast
2 t’Iljieli fil-4* Hotel Feniz Urban (jew simili) f’ Lisbon fuq bażi Bed & Breakfast
City Tax
Protezzjoni mill-Fond ta’ Insolvenza
Tour Leader & Spiritual Director – Dun Gorg Dalli
Eskursjonijiet optional:
Batalha, Alcobaca and Nazare
Porto
Cristo Rei Monument
Lisbon
Half Board Supplement:
Total:
Kbar Tfal
€45 €29
€45 €29
€15 €10
€44 €29
€149 €149
€298 €246
Prezz Prezz
Speciali
€849 €749
€799 €699
€1079 €979
€449 €399