133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com

133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com





KUNDIZZJONIJIET
​
1) L-organizzatur izomm id-dritt li jirrifjuta l-bookings ta’ persuni li fid-diskrezzjoni tieghu jidhirlu li mhumiex kapaci ghall-vjaggi. Jekk il-passiggier ma jgibx ruhu sew waqt il-vjagg jista’ jsib ruhu mwaqqaf milli jkompli t-tour minghajr l-ebda obbligazzjoni ta’ hlas lura.
2) L-organizzatur izomm id-dritt li jbiddel l-itinerarji, lukandi jew pullman u hinijiet fejn ikun neċessarju.
3) L-organizzatur ma jkunx responsabbli ghal ebda danni jew ghal xi spejjez ta’ lukandi, ikel jew trasport zejda li jkollhom jaghmlu l-passiggieri minhabba strikes jew kawzi ohra li fuqhom l-organizzatur ma jkollux kontroll, li l-gita titwal ghal zmien aktar minn dak indikat fil-programm jew l-itinerarju jigi mibdul, u lanqas ma jkun responsabbli ghal kull telf jew hsara li jistghu jsofru l-passiggieri minhabba serq jew kawzi ohra, jew ghal kull korriment jew mard tal-passiggieri jew dhul go xi sptar.
4) Fuq il-pullman il-passiggieri jkollhom ibiddlu l-postijiet skont kif indikat mit-tour leader.
5) Il-prezz tal-Ä¡ita jinkludi fih it-taxxi, fuel surcharge u service charge, izda ma jinkludix visas, xorb, tips u fejn hemm imnizzel li l-eskursjonijiet huma optional. Dhul fil-muzewijiet, teatri u postijiet li biex tidhol izzurhom ikun hemm bzonn ta’ hlas ikun irid ukoll isir extra sakemm mhux indikat fil-programm li dan diga’ inkluz fil-prezz. Fejn wiehed ikollu bzonn juza taxi biex imur xi mkien, din ukoll tkun trid tithallas mill-passiggier li juzaha.
6) Il-passiggier huwa gentilment mitlub joqghod ghad-direzzjoni tal-organizzatur jew tour leader li jkun hemm biex jissodisfa lill-passiggier u biex jarah kuntent u jizgura li l-vjagg ikun success u ta’ sodisfazzjon ghall-grupp kollu.
7) Malli wiehed jibbukkja l-gita, ikun irid ihallas depozitu ta’ 350 eur kull persuna (tfal 200 eur), u fil-kaz tal-cruises, id-depozitu jkun ta’ 700 eur ghal-kull booking li jitnaqqsu mill-bilanc aħħari. Dan il-bilanÄ‹ ikun irid jithallas 5 gimgħat qabel id-data tat-tluq fil-kaz tal-giti u sitt gimghat qabel fil-kaz tal-cruises.
8) Fil-kaz li l-kambju jinbidel, il-prezz tat-tour u/jew eskursjoni jista’ jinbidel skont ic-cirkostanzi.
9) Fil-kaz li wiehed ihassar il-booking, id-depozitu jintilef, u jekk ihassar il-booking meta jkun diga’ hallas l-ammont kollu, il-flus ma jinghatawx lura, Jekk il-vjagg jithassar minhabba ragunijiet ta’ sahha, ikun jista’ jiehu l-flus mill-insurance u mhux mill-agenzija .pero importanti li meta tabib jiccertifika li persuna tistax issiefer minhabba raguni ta’ sahha, l-klient ma jkunx diga jbati mil-marda qabel. F’dal kaz ma jkunx kopert mill insurance. Ghalhekk huwa rakkomandat li wiehed jiehu l-insurance biex ikun kopert ghal dawn ic-cirkustanzi. (Nissuggerixxu li wiehed jara r-regolamenti tal-insurance sew).
​
10) Jekk il-klijent jaghzel li ma jiehux polza tal-assigurazzjoni, u tinqalgħalu xi haga, l-agenzija Pawlu Testa Travel ma tkunx responsabbli.
11) Il-polza tal-assigurazzjoni hija obbligatorja ghal persuni li l-eta’ taghhom hija ‘l fuq minn 70 sena. Jekk l-individwu ma jkunx irid li jigi inxurjat, l-agenzija tirrifjuta l-booking tiegħu / tagħħa
12) Fil-kaz li xi hadd ghal raguni ta’ sahha jew minhabba xi accident ma jkunx jista’ jkompli t-tour, u ma jkunx kopert bl-insurance, l-ebda kumpens ma jinghata lura.
13) Ma jithalla jsir l-ebda tipjip fuq il-coach.
14) Hija r-responsabbilta’ tal-individwu li jara li jkollu passaport validu. Ma jinghata l-ebda kumpens jekk l-individwu ma jithalliex jaghmel il-vjagg minhabba din ic-cirkostanza. – Ta’ min ifakkar li l-ID cards l-godda BISS huma validi ghas-safar.
15) Nirrakkomandaw li kulhadd ikun inxurjat ghal dak kollu li jista’ jinqala’. L-insurance isserrahlek mohhok ghall-eventwalita’ li jinqala’ xi ntopp.
16) L-organizzatur izomm id-dritt li jhassar kwalunkwe tour jekk kemm-il darba n-numru ta’ partecipanti ma jkunx intlahaq. Fil-kaz tas-sajf tliet gimghat qabel u fil-kaz tax-xitwa 15-il gurnata qabel. F’dan il-kaz id-depozitu jithallas lura.
17) Pawlu Testa Travel mhix responsabbli jekk tithassar xi attivita’ minhabba maltemp jew indispozizzjoni tal-protagonisti.
18) F’kaz li wiehed irid jaghmel xi ilment ghax jidhirlu li jkun hemm xi nuqqasijiet min-naha taghna, dan ghandu jsir mhux aktar tard minn 15-il gurnata wara li jasal lura minn dik il-gita partikulari.
19) Il-hinijiet tat-tluq u ritorn kif indikati fil-programm jistghu jinbidlu mil-linji tal-ajru, xi haga li ma ghandniex kontroll fuqha.
20) Il-passiggier ghandu l-obbligu li jzomm il-hin u post indikat lilu mit-tour leader waqt il-vjagg kollu.
21) Fejn jidhlu tfal, dawn iridu jkunu bilfors ma’ 2 jew 3 persuni kbar fil-kamra biex ihallsu prezz ta’ tfal. Jekk ikunu ma’ persuna wahda biss, ihallsu ta’ kbar.
22) It-taxxi tal-ajruport u fuel surcharge jistghu jinbidlu minn kif jidhru fil-programmi tat-tours, xi haga li Pawlu Testa Travel m’ghandu l-ebda kontroll fuqha. Din trid tithallas mill-klijent.
23) Hafna jistaqsu biex il-kmamar ikunu hdejn xulxin. F’dan il-kaz l-agenzija taghmel it-talba lill-management tal-lukanda f’dan ir-rigward, izda mhux dejjem ikun possibbli li jsir dan u lanqas hija xi haga li l-agenzija ghandha kontroll fuqha.
​
​
Pawlu Testa