top of page

 

Merhba

Sa mit-twaqqif taghna, tajna kas hafna tal-kummenti taghkom biex il-giti u servizzi ohra li ghandhom x’jaqsmu mas-safar ikunu ta’ kwalità tajba u jhallu sodisfazzjon u memorji sbieh lil dawk kollha li juzaw is-servizz taghna.

 

Din is-sena, wara l-esperjenza li ksibna fis-snin ta’ qabel, komplejna nzidu kemm fil-kwalità kif ukoll fil-varjetà tal-vjaggi li qed nipprezentawlkom. Hafna huma dawk li fis-sajf jieqfu ftit mir-rutina ta’ kuljum u  jiehdu dawk il-ftit granet il-familja kollha barra x-xtut taghna. Din is-sena wkoll hemm diversi giti interessanti fosthom Bucharest, li aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed issir popolari. Bucharest hija l-belt kapitali Rumena, belt mimlja hajja u gmiel kemm fil-belt innifisha kif ukoll barra l-Belt .

Popolari kemm maz-zghazagh u kemm mal-kbar bhal dejjem hija Costa Brava, b’diversi tours flimkien ma’ diversi destinazzjonijiet ohra digà popolari maghkom. Lourdes bla dubju hi destinazzjoni ohra popolari hafna maghna l-Maltin fejn barra li hija rahal sabih, il-gita tkun ukoll esperjenza kbira ta’ devozzjoni u paci li thossha f’qalbek.

 

Diversi postijiet ohra interessanti huma Sqallija, Lago Di Garda, Slovenja, Lake Bled, Black Forest, Krakaw, Vjenna u Slovakkja flimkien u diversi destinazzjonijiet ohra. Qed noffrulkom ukoll cruises interessanti fuq vapuri maestuzi.  Ghal-lista shiha ta' Tours wiehed jitlob programm shih jew izomm kuntatt ma' dan is-sit elettroniku fej jista jsegwi il-programmi shah.

 

L-agenzija toffri wkoll servizz ta’ safar fuq bazi individwali, biljetti tal-ground ghal-loghbiet kollha home li jilghabu l-Juventus kif ukoll loghbiet ohra. u insurance ghas-serhan il-mohh waqt il-btala tieghek. Hajr specjali lit-tour leaders li jakkumpanjaw il-gruppi, ghax parti kbira mis-success tal-agenzija taghna huwa dovut lilhom.

 

Il-pjacir taghkom huwa s-sodisfazzjon taghna. Niehdu pjacir nergghu nilqghu lil dawk li digà siefru maghna, u naghtu merhba lil dawk li se jsiefru maghna l-ewwel darba.

 

Ghal programm dettaljat tat-tours kollha, wiehed ghandu jcempel  99476468.

Pawlu Testa

 

Direttur Manigerjali

pawlu-testa.jpg
Capture.PNG
rsz_original_summer_programme_2015.png
Untitled-4.jpg
Insolvency Fund Protection Logo - 2019.p
logo jt quality cabs.jpg
  • White Twitter Icon
  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page