133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
NAPLI
Inżuru:
Pompei, Napli, Nola, Caserta, Costa Amalfitana u Positano.
Mill-20 sal-25 ta’ Ottubru 2023
Il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru.
12.30p.m. Niltaqgħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex isir ic-Check-In.
2.40p.m. Flight KM 674 bl-Airmalta lejn l-ajruport ta’ Napli.
3.55p.m. Naslu fl-ajruport ta’ Napli fejn insibu l-Coach tistenniena biex teħodna lejn il-lukanda. Fit-triqitna mill-ajruport lejn il-Hotel nagħmlu waqfa qasira fil-port ta’ Napli. Naslu l-Hotel u wara li jitqassmu l-kmamar u jkun hemm ftit ħin tal-mistrieħ noħorġu flimkien fiċ-ċentru tal-belt ta’ Nola.
Is-Sibt 21 ta’ Ottubru
Wara li nieħdu il-breakfast fil-Hotel jkollna l-Coach li teħodna lejn Pompei. Kif naslu f’ Pompei nżuru s-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei. Wara jkun hemm ħin liberu u fis-1.00pm nżuru l-iskavi ta’ Pompei (Dhul Extra). Wara ż-żjara fl-iskavi, l-Coach teħodna lura lejn il-lukanda fejn wara ħin ta’ mistrieħ nerġgħu nieħdu l-Coach
biex immorru Cicciano fejn ikollna ikla flimkien.
Il-Ħadd 22 ta’ Ottubru
Nieħdu l-breakfast fil-Hotel u wara jkollna l-Coach li teħodna lejn Caserta filgħodu fejn nżuru r-Reggia di Caserta (Dhul Extra) – palazz b’ġonna enormi li jħabbtuha sew mal-isbaħ palazzi fl-Ewropa (biljett tad-dħul jitħallas fuq il-post). Wara ż-żjara fil-Palazz, il-coach teħodna f’Caserta Vecchia fejn nżuru din il-belt żgħira mill-isbaħ fuq muntanja. Wara li nirritornaw fil-Hotel noħorġu biex immorru fil-kumpless Volcano Buono.
It-Tnejn 23 ta’ Ottubru
Wara l-Breakfast nieħdu l-coach u nitilqu lejn Sorrento fejn ikollna ħin biex nżuru dan il-post mill-isbaħ. F’din il-ġurnata nkunu fuq żewġ coaches żagħar peress li wara Sorrento nitilqu biex nagħmlu d-dawra tal-Costa Amalfitana fejn jkollna waqfien f’ Positano u f’ Amalfi.
t-Tlieta 24 ta’ Ottubru
Breakfast u wara nitilqu lejn iċ-ċentru ta’ Napli fejn nżuru l-attrazzjonijiet prinċipali ta’ din il-Belt tant mfittxija. Jkollna ċans nżuru id-Duomo ta’ San Gennaro, diversi monumenti oħra, Piazza Plebiscito, il-kappella ta’ San Severo, nieħdu kafe mill-famuż Gambrinus, mixja fi Spacca Napoli, nieħdu pizza Naplitana flimkien u nżuru Via San Gregorio Armani – it-triq tal-presepji. Fit-triq lura lejn il-lukanda nieqfu f’ shopping complex kbir fejn ikun hemm ħin għax-shopping, mistrieħ u ikel.
L-Erbgħa 25 ta’ Ottubru,
Breakfast u fl-10.00a.m. nitilqu mill-Hotel lejn l-Ajruport ta’ Napli.
12.45p.m. Flight KM 675 bl-Airmalta lejn Malta
2.00p.m. Naslu fl-Ajruport ta’ Malta
Il-Prezz jinkludi:
Titjiriet diretti mal-Air Malta.
Transfers Ajruport/Lukanda/Ajruport.
5 iljieli akkomodazzjoni fl-lukanda Palazzo Giordano Bruno. Nola – 4****
Kmamar kollha bis-servizzi privati .
Breakfast kuljum.
2 ikliet (Jumejn fil-ghaxija) Komplimentari.
Servizz ta’ tour leader.
Eskursjonijiet kollha.
Coach magħna.
Insolvency Fund.
Mhux inkluzi fil-prezz:
Entraturi Reggia Caserta u Scavi ta' Pompei kif indikati fil-programm jitħalsu fil-post.
Prezz kull persuna:
Adult f’kamra doppja €610.00
Adult f’kamra trippla €590.00
Adult f’kamra singola €710.00
Tifel/Tifla 2 - 12 il-sena f’kamra ma 2 kbar €340.00.
Ghal Booking icemplu 99270710 / 99476468