Kbar f’kamra doppja
Kbar f’kamra trippla
Kbar f’kamra singola
Tfal ma’ żewġ adulti sa 10 snin
Half Board (4 ikliet)
€749 €649
€719 €619
€949 €849
€599 €499
€69 €69
Bella Italia
Eskursjonijiet bla ħlas għal Siena u Assisi
8 - 17 ta’ Lulju
INŻURU Siena, Montecatini, Firenze, Pisa, Padova, Venezia, Sirmione, Lago di Garda, Verona, Bologna, San Marino, Assisi, Ruma, il-Vatikan u Tivoli
It-Tnejn, 8 ta’ Lulju
Niltaqgħu l-ajruport fis-5.35am għat-titjira tal-Air Malta li titlaq fis-7.35am. Mal-wasla f’Ruma fid-9.00am, insibu coach li teħodna Montecatini via Siena, fejn se nżuru Piazza del Campo, il-Palazz u l-Kattidral. Inkomplu triqitna għal Montecatini u kif naslu nagħmlu check in fil-lukanda. Wara ċ-ċena (extra) nistgħu mmorru dawra mat-tour leader.
It-Tlieta, 9 ta’ Lulju
Illum immorru Firenze u Pisa (optional). Ġo Firenze naraw fost l-oħrajn id-Duomo, Piazza Signoria u Ponte Vecchio. Se jkun hemm ħin għal żjarat personali qabel naqbdu t-triq għal Pisa fejn inżuru Piazza dei Miracoli u l-famuż Torri ta’ Pisa.
L-Erbgħa, 10 ta’ Lulju
Naqbdu t-triq għal Padova fejn se nagħamlu jumejn. Wara li jkollna sistemazzjoni tal-kmamar fil-lukanda, nippranzaw (extra) u jkollna xi ħin għall-mistrieħ. Wara nofsinhar, immorru Venezja (optional) bit-tragetto u nżuru Piazza San Marco, Ponte Rialto u postijiet oħra ta’ interess.
Il-Ħamis, 11 ta’ Lulju
F’Padova (optional) nżuru, fost postijiet oħra, Prato della Valle, li hi l-akbar pjazza fl-Italja u l-Bażilika ta’ Sant’Antnin. F’dan it-tempju tinħass il-qdusija tal-post speċjalment mal-qabar tal-qaddis u fil-kappella tar-Relikwi. Wara, se jkollna ħin liberu qabel nippranzaw (extra) fil-lukanda. Wara nofsinhar għandna optional excursion għal Sirmione fuq Lago di Garda u jkollna ħin nieħdu cruise (extra). Wara nżuru Verona u naraw l-Arena, id-dar ta’ Ġuljetta u bini storiku ieħor.
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju
Nitilqu minn Padova għal Bologna. Kif naslu jkollna s-sistemazzjoni tal-kmamar u ħarġa mat-tour leader f’din il-lokalità magħrufa għall-istorja u l-kultura.
Is-Sibt,13 ta’ Lulju
Illum se jkollna optional excursion għal San Marino. F’San Marino naraw il-Kastell, il-Palazz tal-Gvern u l-Kattidral Del Santo.
Il-Ħadd, 14 ta’ Lulju
Illum inħallu Bologna għal Ruma via Assisi fejn nagħmlu waqfa li matulha nżuru postijiet t’interess f’din il-belt ta’ San Franġisk, fosthom il-Porzjuncola - kappella żgħira bi storja kbira. Din tinsab fil-Bażilika tal-Madonna tal-Anġli, proprju fejn miet San Franġisk fit-3 ta’ Ottubru, 1226. Inżuru wkoll it-Tliet Bażiliki fejn hemm midfun San Franġisk. Hekk kif naslu Ruma jkollna sistemazzjoni tal-kmamar.
It-Tnejn, 15 ta’ Lulju
Illum għandna ċ-ċans li mmorru optional excursion għall-Vatikan u Ruma. Il-Vatikan ikollna ħin biżżejjed li matulu nżuru dan it-tempju tant magħruf. Inkomplu b’dawra f’Ruma u nżuru Piazza Venezia, il-Monument ta’ Vittorio Emmanuele II, il-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore, il-Kolossew u oħrajn (minħabba ċirkostanzi dwar restrizzjoni tar-regolamenti tat-traffiku fiċ-Ċentru ta’ Ruma, parti minn din id-dawra ssir bit-trasport pubbliku (extra) u l-kumplament bil-mixi).
It-Tlieta, 16 ta’ Lulju
Nibdew b’nofs ta’ nhar liberu għax-xiri u għal żjajjar personali. Wara nofsinhar immorru għal optional excursion li teħodna nżuru l-ġonna ta’ Tivoli (dħul extra). Hawnhekk nammiraw in-numru bla qies ta’ funtani fejn insibu l-magħrufa mogħdija tal-100 funtana. Dan il-ġnien hu mżejjen ukoll bi statwi, monumenti u fjuri. Nirritornaw il-lukanda u filgħaxija noħorġu dawra mat-tour leader.
L-Erbgħa, 17 ta’ Lulju
Wara l-kolazzjon ikollna ġurnata libera għall-aħħar li nistgħu niddedikawha għax-xiri u żjajjar personali. Check-out mill-kmamar isir filgħodu. Staqsu lit-tour leader dwar il-possibilità li l-kmamar jinżammu sal-ħin tat-tluq mil-lukanda (ħlas extra). Filgħaxija nħallu l-lukanda u mmorru għall-Ajruport ta’ Ruma minn fejn permezz tat-titjira tal-Air Malta fid-9.10pm nitilqu għal Malta fejn naslu fl-
10.35pm.
PREZZ KULL PERSUNA Prezz *Prezz Specjali
* Prezz speçjali meta jittieħdu l-half board u l-eskursjonijiet kollha
Prezz Jinkludi:
Titjiriet mal-Air Malta: Malta/Ruma/Malta
2 iljieli f’Montecatini - 4 star Grand Hotel
Tettuccio jew simili
2 iljieli f’Padova - 3 Star Hotel M14 jew simili
2 iljieli f’Bologna - 3 Star Millenn Hotel f’Bologna jew simili
3 iljieli f’Ruma - 4 Star Hotel Torino
jew simili
Kmamar kollha bis-servizzi privati
9 kolazzjonijiet u 4 ikliet (2 Montecatini
u 2 Padova)
Eskursjonijiet b’xejn għal Siena u Assisi
Coach transfers: ajruport/lukanda/ajruport
Servizz ta’ tour leader
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency Fund
Eskursjonijiet
Kbar Tfal
Firenze/Pisa
Venezja (Traghetto inkluż)
Padova
Sirmione/Verona
San Marino
Vatikan/Ruma
Tivoli (entratura extra)
TOTAL ESKURSONIJIET
Mhux inkluz fil-Prezz:
Is-City Tax mhux inkluża fil-prezz. Dawn it-taxxi jitħallsu direttament fil-lukandi, minn kull persuna għal kull lejl, skont kif jidher hawn taħt:
Montecatini €1.40;
Padova €1.90;
Bologna €3;
Ruma €6
Lago di Garda Boat Ride
€10 kull persuna
Villa d’Este - Tivoli €11 kull persuna
Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet
€40 €20
€51 €25.50
€19 €9.50
€40 €20
€40 €20
€40 €20
€30 €15
€260 €130