top of page
lake bled 21.jpg
lake bled 23.jpg
lake bled.jpg
lake bled 3.jpg
lake bled 1.jpg
lake bled 8.jpg
lake bled 12.jpg
lake bled 20.jpg

Slovenja Sensazzjonali

NŻURU: Ljubljana, Novo Mesto, Villach / Klagenfurt Awstrija, Lake Bled. U Postijiet ohra.

 

 

29 ta’ April  - 3-4 ta Mejju

 

L-Erbgha 29 ta’ April 2020   

Niltaqgħu l-ajruport fis-2.00pm. għat-titjira diretta tagħna ma' l-Airmalta ghal-Lubljana li titlaq fl-4.00pm. Mal-wasla tagħna immorru l-lukanda f’Ljublijana għaċ-check-in.
 

Il-Ħamis 30 ta’ April 2020

Ser nibdew it-tour tagħna b’eskursjoni optional ta’ nofs ta’ nhar bi gwida għal tour tal-belt ta’ Ljubljana. Wieħed ikun jista’ jinnota l-influwenza barokka fil-parti il-qadima tal-belt, b’toroq dojoq mħaddna bejn għoljiet ta’ kastell u ix-xmara  Ljubljanica. Highlights partikolari tal-belt il-qadima jinkludu il-Kattidral ta’ San Nikolai, is- City Hall, it-tlett pontijiet u is-suq fil-beraħ. Wara dan it-tour sejrin naqbdu boat (jekk it-temp jippermetti) fuq ix-Xmara Ljubljanica fejn inkunu nistgħu nammiraw il-belt minn perspettiva differenti mix-xtut tax-xmara. Il-kumplament tal-ġurnata hija libera.

 

Il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju 2020

Illum ser immorru eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa fiż-żona ta’ Novo Mesto fejn inżuru farm tradizzjonali famuż għall-inbid Cvicek tiegħu kif ukoll rikba pjaċevoli fuq ix-xmara Krka fuq raft kbir tradizzjonali. Dan il-farm għandu mal-150 sena u huwa ristorat u mgħammar b’mod tradizzjonali. Inkunu milqugħa b’ħobż imħawwem id-dar, salami, u inbid lokali. L-esperjenza fuq ir-raft iddawwarna biex naraw il-veduti prinċipali madwar din ix-xmara sabiħa filwaqt li jkollna mużika live (jekk it-temp jippermetti)

 

Is-Sibt 2 ta’Mejju

Bil-coach illum għandna eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa fejn naqsmu fl-Awstrija biex inżuru żewġ t’ibliet mill-isbaħ – Villach, belt żgħira antika sa miż-żmien ir-Rumani, u Klagenfurt, waħda mill-isbaħ bliet antiki tal-Awstrija. Klagenfurt kien ingħata id-diploma prestiġġjuża Europa Nostra Diploma għall-btieħi bl-arkati tar-Rinaxximent restawrati. Il-Neuer Platz hija dominata mill-Lindwurm, dragun bil-ġwienaħ li huwa l-emblema tal-belt u li kien iddisinjat fuq id-dragun tal-leġġenda.

 
Il-Ħadd 3 ta’ Mejju

Illum għandna għalikom eskursjoni optional ta’ jum sħiħ ta’ rilassament fi Bled, magħrufa bħala “Il-Perla tar-reġjun Alpin Sloven”, minħabba il-lag aħdar eżmerald bi knisja fuq gżira żgħira f’nofsu. Inżuru Bled Castle (extra) fuq l-għolja ‘l fuq mill-lag. Inkomplu imbagħad għal Bohinj, l-akbar lag glaċjali fi Slovenja, li tinstab fir-reġjun tal-Julian Alps. Naqbdu cable car (extra) għal fuq Mount Vogel minn fejn inkunu nistgħu nammiraw veduti manjifiċi mill-quċċata. Aktar tard ikollna ħin biżżejjed biex nirrilassaw fil-ġenb ta’ Bohinj Lake u nixorbu il-ġmiel tal-madwar.

 

Fil-11.15pm inhallu il-Lukanda ghal-Ajruport ghat-Titjira lura Malta li titlaq fis-02.25am tat-Tnejn 4 ta’ Mejju fejn ikunu mistennija naslu Malta fl-0420

 

PREZZ KULL PERSUNA

                                                   .                                *Prezz

                                                                                      Specjali
Kbar f’kamra doppja                           
Kbar f’kamra singola                               
L-ewwel tifel/a                                          

It-tieni tifel/a                                            

 * Prezz speċjali japplika biss meta jittieħdu l-eskursjonijiet kollha

 

PREZZ JINKLUDI

Titjiriet diretti ma’ l- Air Malta : Malta/Ljubljana/Malta
7 t’iljieli akkomodazzjoni f’lukanda Park Hotel 3*** superiour f’Ljubljana jew simili
Kmamar kollha b’servizzi privati
Kolazzjon  kuljum
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
Taxxi tal-ajruport
Insolvency Fund

ESKURSJONIJIET

                                                                            KBAR        TFAL
Ljubljana                                                                                   
Bled/Bohinj/Mount Vogel                                                                             

Novo Mesto Farm/Raft                                                                                            

Villach/Klagenfurt (Austria)                                                            

 

MHUX INKLUZ FIL-PREZZ

City tax ta’ €3.13 kull persuna kull lejl (minn 12 il-sena ‘l fuq) għandha titħallas direttament fil-lukanda

Insurance – Suggerita li ssir mal-Booking  €29.00 Kbar / €15.00 Tfal

LJUBLIJANCA BOAT RIDE   ADT €8   CHD  FREE

RAFT ON RIVER CASTLE    ADT €29   CHD €4.50 

BLED  CASTLE    ADT €10.50   CHD €15 

 Mt VOGEL CABLE CAR     ADT €18   CHD 0-6 YRS FOC 6-15 YRS  €10                 
      

           

 

€19           €0
€39          €18             
€48          €24         

€40          €20              

 

€597    €497              
€697    €597               
€483    €383              

€529    €429              

 

Untitled-4.jpg
logo jt quality cabs.jpg
Capture.PNG
lake bled 7.jpg
lake bled 5.jpg
lake bled 6.jpg
lake bled 4.jpg
lake bled 10.jpg
lake bled 2.jpg
lake bled 9.jpg
lake bled 11.jpg
lake bled 13.jpg
  • White Twitter Icon
  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page