133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com

133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
San Giovanni Rotondo
(Padre Pio) 6 - 9 ta' Gunju 2019
Inzuru: San Giovanni Rotondo, Pietrelcina, Piana Romana,
Foggia, Monte Sant’Angelo u Lanciano
Eskursjonijiet u l-half board inklużi.
Il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju
Niltaqgħu l-ajruport ta’ Malta fil-5.35am biex nitilqu bit-titjira mal-AirMalta lejn Ruma fis 7.35am. Hekk kif naslu fid-9.00am, nirkbu il-coach li teħodna Pietrelcina, post żgħir u ħelu fejn twieled Patri Piju u fejn għex sakemm kellu 31 sena. Naraw postijiet konnessi ma’ Patri Piju, fosthom il-knisja parrokkjali fejn fl-14 ta’ Awissu 1910 qaddes għall-ewwel darba. Wara l-ikel (extra) immorru Piana Romana, post żgħir viċin ħafna ta’ Pietrelcina, sinonimu ma’ Patri Piju speċjalment minħabba l-pjagi inviżibbli. Wara immorru fil-lukanda ġewwa San Giovanni Rotondo, sistemazzjoni tal-kmamar u ikel.
Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju
Wara il-kolazzjon immorru nżuru s-Santwarju Santa Maria Delle Grazie fejn nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Inżuru ukoll il-Mużew ta’ Patri Piju, il-kripta, il-kamra tiegħu, il-kurċifiss mirakoluż, il-knisja il-qadima u l-konfessjonarju. Wara naqbdu it-triq tal-Via Crucis monumentali, waħda mill-opri kbar ta’ San Pio. Inżuru il-knisja l-ġdida ddedikata lil San Pio ta’ Pietrelcina. Filgħaxija wara ċ-ċena mmorru ngħidu ir-rużarju fil-kripta.
Is-Sibt, 8 ta’ Ġunju
Jittieħed l-kolazzjon u wara nitilqu għal Foggia u Monte Sant’Angelo. F’Foggia nżuru l-Bażilika tal-Madonna Inkurunata. Matul iż-żmenijiet din il-Bażilika żaruha San Franġisk ta’ Assisi, Sant’Antnin ta’ Padova, San Pio ta’ Pietrelcina u San Ġwanni Pawlu II. Wara xi ħin għax-xiri ta’ souvenirs nitilqu għaċ-ċentru kummerċjali ta’ Foggia fejn ikun hemm ħin għall-ikel (extra). Wara nofsinhar nitilqu minn Foggia għal fuq il-Muntanja tal-Gargano fejn F’Monte Sant’Angelo hemm l-Għar u s-Santwarju ta’ San Mikiel Arkanġlu. Dan il-post qaddis kien iħobb iżuru Patri Pio, akkumpanjat mill-fratini. Din il-Bażilika/Santwarju bħalissa qegħdin jieħdu ħsiebha l-Kongregazzjoni Mikelini li huma ta’ oriġini Pollakka. Ikun hemm ħin liberu qabel ma nitilqu għall-lukanda fejn niċċenaw.
Il-Ħadd, 9 ta’ Ġunju
Illum wara il-kolazzjon nitilqu għall-ajruport ta’ Ruma. Matul il-vjaġġ ikollna waqfa f’Lanciano fejn inżuru is-Santwarju tal-Miraklu tal-Ewkaristija. It-titijira għal Malta titlaq fid-9.10pm, fejn naslu fl-10.35pm
Prezz kull persuna Prezz:
Kbar f’kamra trippla
Kbar f’kamra doppja
Kbar f’kamra singola
Tfal (sa 11 il-sena) ma’ żewġ adulti
Prezz jinkludi
Titjiriet mal-Airmalta Malta/Ruma/Malta
Akkomodazzjoni HB fil-Lukanda Rosa Marina (3*) f’San Giovanni Rotondo jew simili
3 kolazzjonijiet/3 ikliet
Kmamar kollha bis-servizzi privati
Coach komda bl-arja kundizzjonata matul it-tour
l-Eskursjonijiet kollha
Servizz ta’ tour leader
Servizz ta’ direttur spiritwali
It-taxxi tal-ajruport u service charge
Insolvency Fund
Mhux inkluż fil-prezz
San Giovanni Rotondo City Tax titħallas direttament fil-lukanda għall kull lejl minn kull persuna (minn 10 snin il-fuq) €1 għall-ewwel lejl u €0.80c għal kull lejl ieħor.
Il-prezzijiet ta’ hawn fuq jistgħu jinbiddlu
€469
€499
€579
€399
