top of page
gavarnie lourdes 2.jpg
LDS 5.jpg
LDS 4.jpg
LDS 1.jpg
pont d espagne lourdes 2.jpg
pont d espagne lourdes 4.jpg
gavarnie lourdes 1.jpg

 

 

 

                                                                 Inżuru: Lourdes, Pont d’Espagne u Gavarnie

 

3 ijiem sħaħ

Grupp 1             28 ta’ Ġunju – 1 Lulju

Grupp 2             5 – 8 ta’ Lulju

Grupp 3             12- 15 ta’ Lulju

Grupp 4             19 – 22 ta’ Lulju

Grupp 5             26 – 29 ta’ Lulju

Grupp 6             2 – 5 ta’ Awissu

Grupp 7             9 – 12 ta’ Awissu

Grupp 8             16 – 19 ta’ Awissu

Grupp 9             23 – 26 ta’ Awissu

Grupp 10           30 ta’ Awissu – 2 ta’ Settembru

Grupp 11           6 – 9 ta’ Settembru

Grupp 12           13 – 16 ta’ Settembru

Grupp 13           20 – 23 ta’ Settembru

 

Il-Ġimgħa         

Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fl-3.50pm minn fejn b’titjira diretta mal-Air Malta, fis-5.50pm nitilqu għal Lourdes. Fit-8.15pm naslu Lourdes u nirkbu l-coach li teħodna għall-lukanda Dys De Marie (3 star superior) jew simili. Ċena, sistemazzjoni tal-kmamar u ħin għal mistrieħ.

 

Is-Sibt                

Wara il-kolazzjon nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki. Inkomplu billi nżuru it-tlett Bażiliki u wara nagħmlu mixja tal-Via Sgra fuq l-għolja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion fil-Pyrenees National Park, li huwa riserva naturali protetta u hemmhekk inżuru Pont d’Espagne. Din hija eskursjoni mill-isbaħ fuq il-muntanji bl-opportunita li nitgħaxxqu b’xenarju sabiħ u kaskati meraviljużi. Ċena fil-lukanda u wara min ikun irid jista’ jmur jara mat-tour leader l-ispettaklu mużikali “Bernadette de Lourdes – Why Me?” (dħul extra), mtellgħa minn producers ta’ fama mondjali.

 

Il-Ħadd             

Kolazzjon u wara fid-9.30am nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni impressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din iċ-ċelebrazzjoni mmorru naraw DVD dwar il-Messaġġ ta’ Lourdes. Pranzu u wara optional excursion għal Gavarnie. Eskursjoni verament sabiħa li matulha naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnies huwa raħal qalb il-muntanji, 1357 metru ‘l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon u ngawdu veduta mill-aqwa u anke wieħed jista’ jixtri xi tifkira tal-post. Hekk kif naslu Gavarnie nistgħu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew min irid jista’ anke jieħu rikba fuq xi żiemel. Ċena fil-lukanda u wara id-9.00pm nieħdu sehem bħala grupp fil-Purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonaa b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.

 

It-Tnejn             

Kolazzjon kmieni biex imbagħad immorru  fil-banjijiet li qegħdin viċin il-Grotta u hemm nagħmlu t-talb tagħna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegħa li qegħda fil-Grotta, proprju ħalli titwettaq l-istedina tal-Madonna biex wieħed jinżel fl-ilma, jirrikonċilja u jitlob għall-intenzjonijiet tiegħu. Inkomplu bil-programm billi nieħdu sehem  fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Pranzu u wara ħin liberu, sakemm isir il-ħin li nitilqu mill-lukanda għall-ajruport. (Ħruġ mill-kmamar fin-12.30pm). It-titjira titlaq minn Lourdes fid-9.00pm u tasal Malta fil-11.15pm.

 

Prezz kull persuna

Kbar f’kamra doppja                              €507            

Kbar f’kamra trippla                              €497

Kbar f’kamra singola                              €597

Tfal (2 sa 5 snin) ma’ żewġ adulti           €399

Tfal (6 sa 10 snin) ma’ Żewġ adulti        €429

 

Eskursjonijiet

TFAL IĦALLSU NOFS PREZZ            Kbar    Tfal

Pont d’Espagne                                         €28       €14             

Gavarnie                                                    €28       €14

 

Prezz Jinkludi

Titjiriet diretti mal-Air Malta: Malta/Lourdes/Malta

Trasferimenti: ajurport/lukanda/ajruport

Akkomodazzjoni fil-Lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew simili

Kmamar kollha bis-servizzi privati

Full Board (kolazzjon/pranzu/ċena)

Servizz ta’ Tour Leader

Servizz ta’ Direttur Spiritwali

It-taxxi tal-ajruport u s-service charge

Insolvency Fund

 

Mhux Inkluż Fil-Prezz

Is-City Tax ta’ Lourdes (€1.50 kull lejl kull persuna). Din it-taxxa titħallas direttament fil-Lukanda.

Donazzjoni lis-Santwarju - €2 (kull persuna kuljum)

Musical: Bernadette de Lourdes - €37 għall-kbar/€25 għat-tfal.

Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet.

Pellegrinaġġi - Ġiti għal Lourdes

lourdes1.jpg
images.jpg
PB2_Lourdes_1805.jpg
LDS 1.jpg
LDS 14.jpg
LDS 9.jpg
gavarnie lourdes 2.jpg
gavarnie lourdes.jpg
pont d espagne lourdes.jpg
  • White Twitter Icon
  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page