




Inżuru: Lourdes, Port d’Espagne, Artouste u El Portalet
4 t’ijiem sħaħ
Grupp 1 8 – 12 ta’ Lulju
Grupp 2 29 ta’ Lulju – 2 ta’ Awissu
Grupp 3 5 – 9 ta’ Awissu
Grupp 4 12 – 16 ta’ Awissu
Grupp 5 19 – 23 ta’ Awissu
Grupp 6 26 – 30 ta’ Awissu
Grupp 7 2 – 6 ta’ Settembru
Grupp 8 9 – 13 ta’ Settembru
Grupp 9 16 – 20 ta’ Settembru
It-Tnejn
Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fl-3.50pm minn fejn b’titjira diretta mal-Air Malta, fis-5.50pm nitilqu għal Lourdes. Fit-8.15pm naslu Lourdes u nirkbu il-coach li teħodna għall-lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew simili. Ċena, sistemazzjoni tal-kmamar u ħin għal mistrieħ.
It-Tlieta
Wara il-kolazzjon nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki. Inkomplu billi nżuru t-tliet Bażiliki u wara nagħmlu mixja tal-Via Sagra fuq l-għolja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion fil-Pyrenees National Park, li huwa riserva naturali protetta u hemmhekk inżuru Pont d’Espagne. Din hija sekursjoni mill-isbaħ fuq il-muntanji bl-opportunita li nitgħaxxqu b’xenarju sabiħ u kaskati meraviljużi. Ċena fil-lukanda u wara min ikun irid jista’ jmur jara mat-tour leader l-ispettaklu mużikali “Bernadette de Lourdes – Why Me?” (dħul extra) mtellgħa minn producers ta’ fama mondjali.
L-Erbgħa
Kolazzjon u wara fid-9.30am mnieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni impressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din iċ-ċelebrazzjoni mmorru naraw DVD dwar il-Messaġġ ta’ Lourdes. Pranzu u wara optional excursion għal Gavarnie. Eskursjoni verament sabiħa li matulha naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, 1357 metru ‘l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon u ngawdu veduta mill-aqwa u anke wieħed jista jixtri xi tifkira tal-post. Hekk kif nasly Gavarnie, nistgġu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew min irid jista’ anke jieħu rikba fuq xi żiemel. Ċena fil-lukanda u wara fid-9.00pm nieħdu sehem bħala grupp, fil-Purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.
Il-Ħamis
Kolazzjon u wara optional excursion ta’ jum f’Artouste u El Portalet (). Dawra verament sabiħa bil-coach fuq il-muntanji Pyrenees. Din il-ħarġa tilħaq l-aqwa tagħha meta naslu Artouste u permezz ta’ telecabine nitilgħu għoli ta’ 1920 metru minn fejn nirkbu petit train li permezz tagħha induru qalb il-muntanji li jifirdu Franza u Spanja (telecabine u petit train ħlas extra). Wara nofsinhar immorru El Portalet, raħal żgħir fi Spanja fejn wieħed jista’ jagħmel xi xiri tiegħu qabel ma nirritornaw il-lukanda. Wara iċ-ċena ikollna ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.
Il-Ġimgħa
Kolazzjon kmieni biex imbagħad immorru fil-banjijiet li qegħdin viċin il-Grotta u hemm nagħmlu it-talb tagħna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegħa li qegħda fil-Grotta, proprju ħalli titwettaq l-istedina tal-Madonna biex wieħed jinżel fl-ilma, jirrikonċilja u jitlob għall-intenzjonijiet tiegħu. Inkomplu bil-programm billi nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Pranzu u wara ħin liberu, sakemm isir il-ħin li nitilqu mill-lukanda għall-ajruport. (Ħruġ mill-kmamar fin-12.30pm). It-titjira titlaq minn Lourdes fid-9.00pm u tasal Malta fil-11.15pm.
Prezz kull Persuna
Kbar f’kamra doppja €587
Kbar f’kamra trippla €577
Kbar f’kamra singola €677
Tfal (2 sa 5 snin) ma’ żewġ adulti €455
Tfal (6 – 10 snin) ma’ żewġ adulti €485
Eskursjonijiet
Kbar Tfal
Pont d’Espagne €28 €14
Gavarnie €28 €14
Artouste / El Portalet €33 €17
(telecabine/petit train extra)
Prezz Jinkludi.
Titjiriet diretti mal-Air Malta: Malta/Lourdes/Malta
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
Akkomodazzjoni fil-Lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew simili.
Kmamar kollha bis-servizzi privati
Full board (kolazzjon/pranzu/ċena)
Servizz ta’ Tour Leader
Servizz ta’ Direttur Spiritwali
It-Taxxi tal-ajruporti u s-service-charge
Insolvency Fund
Mhux Inkluż fil-Prezz
Is-City tax ta’ Lourdes - €1.50 kull persuna. Din it-taxxa titħallas direttament fil-Lukanda.
Donazzjoni lis-Santwarju - €2 (kull persuna kuljum)
Telecabine u petit train - €25 għal kbar/ €21.50 għat-tfal – minn 4 snin il-fuq.
Musical: Bernadette de Lourdes - €37 għal kbar/ €25 għat-tfal.
Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet
Pellegrinaġġi - Ġiti għal Lourdes







