top of page

Lagi u Muntanji - Austrian Tyrol

Kif ukoll ftit Italja u Ġermanja

 

Żjara b’xejn f’ Oberammergau
 

Inzuru: Oberammergau, Pfunds, Merano, Lago di Resia, Kaunertal,
Landeck, Serfaus, Fiss, Ladis, Swarovski Crystal World, Innsbruck,
Livigno, Seefeld, Garmisch-Partenkirchen u Lake Eibsee

 

Grupp 1           4 - 11 ta’ Lulju

Grupp 2           25 ta’ Lulju - 1 ta’ Awissu

Grupp 3           1- 8 ta’ Awissu

Grupp 4           8 - 15 ta’ Awissu

Grupp 5           15 - 22 ta’ Awissu

Grupp 6           29 ta’ Awissu - 5 ta’ Settembru

Grupp 7           5 - 12 ta’ Settembru

 

Il-Ħamis
Niltaqgħu fl-ajruport fis- 6.45am għat-titjira tagħna ma’ l- Air Malta li titlaq fid- 8.45am u tasal l-ajruport ta’  Munich Airport fil- 11.05am. Malli naslu immorru f’ Oberammergau, famuża għal performance ta’ kull għaxar snin tal-Passion Play, it-tnaqqix fl-injam minn artisan lokali u it-tpinġijiet ta’ frescos fuq id-djar. Dawn il-pitturi tat-18 il-seklu jinkorporaw xeni mill-Bibbja, fairy tales u   folk festivals. Ikollna ħin għall-ikel (extra) u xi  ħin liberu għal sightseeing personali. Ftit wara immorru Pfunds fejn nagħmlu iċ- check-in fil-lukanda 4 star Hotel Tyrol.

 

Il-Ġimgħa
Fl-ewwel eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa ser naqsmu fl-Italja u ngħaddu mir-reġjun tad-Dolomiti sakemm naslu Merano, li kienet il-kapitali antika tar-reġjun Tyroljan. Fi triqitna ngħaddu minn xenarju ta’ muntanji mill-isbaħ sakemm naslu f’din il-belt medjevali Taljana, iċċentrata fuq  Gothic Via dei Portici. Sakemm naslu ser nagħmlu waqfa qasira fil- Lago di Resia fuq il- Reschen Pass.

 

Is-Sibt
L-ewwel eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa tal-lum teħodna f’ Kaunertal u Landeck. F’ Kaunertal il-ġmiel ta’ natura tal-Alpi għoljin tidher fil-glorja kollha tagħhom. Kmieni wara nofsinhar inkomplu f’ Landeck fejn ikollna il-possibilita li nagħmlu xi xiri.

 

Il-Ħadd
Filgħodu huwa liberu u min irid jista’ jingħaqad mat-tour leader għal mixja madwar Pfunds u ngħaddu minn toroq sereni bi djar iddekorati, taħt id-dell ta’ muntanji b’siġar tal-pine. Ikollna ħin biex nisimgħu Quddiesa. Tard filgħodu ser immorru għall eskursjoni optional ta’ nofs ta’ nhar  sabiex inżuru il-villaġġi pittoreski ta’ Serfaus, Fiss u Ladis. L-ewwel waqfa tagħna tkun f’ Serfaus, fejn ikollna ħin biex nitilgħu fuq il-muntanja permezz ta’ cable car (extra). Ftit wara immorru f’ Ladis, u ngħaddu minn Fiss. Nieqfu f’ Ladis u nimxu madwar Lake Landerer u naraw Laudegg Castle minn barra. L-aħħar waqfa tagħna tkun żjara fi triq Rumana antika Via Claudia.

 

It-Tnejn
Nirkbu il- coach għal eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa f’ Innsbruck, il-kapitali ta’ Tyrol. L-ewwel waqfa tagħna tkun fil Swarovski Crystal World (extra) famuż mad-dinja, fejn ikollna tour f’dan il-post fantiastiku. Inkomplu imbagħad għal żjara fil-belt medjevali antika ta’ Innsbruck. City tour bil-mixi teħodna minn toroq dojoq u kafes fuq il-bankini . Naraw il- Golden Roof, il- Hofburg Palace u Maria Theresien Strasse, triq prinċipali għax-xiri, mimlija arkitettura storika u ġenna ta’ sightseeing.

 

It-Tlieta

Dalgħodu nitilqu Tyrol għal eskursjoni optuional ta’ ġurnata sħiħa f’ Livigno, il-famuż ski resort fl-Alpi, li toffri natura sabiħa u arja friska. Ikollna ħin biex nesploraw u ngawdu dan il-villaġġ eċċezzjonali. Livigno hija waħda mill-ikbar u l-għola żoni ta’ skiing fir-reġjun kif ukoll risort ta’ xiri duty free. Hemm għażla wiesgħa ta’ bars, cafés u ristoranti kif ukoll numru konsiderevoli ta’ ħwienet. Mar-ritorn tagħna fil-lukanda u jekk il-ħin jippermetti, nistgħu nieqfu fil- Latteria de Livigno fejn nistgħu nixtru ġobon ta’ Livigno (extra) jew sempliċiment ġelat (extra), stil Taljan!

 

L-Erbgħa
L-aħħar eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa tagħna illum teħodna biex inżuru żewġ villaġġi u nibdew bil-villaġġ kwiet ta’ Seefeld, iddominat u mdawwar b’muntanji. Hawnhekk nistgħu noqgħodu nippassiġġaw jew nagħmlu xiri ta’ l-aħħar. Il-waqfa li jmiss tkun f’ Garmisch Partenkirchen, belt bi storja li teħodna lura sa 15AD. Din il-belt hija l-aktar imfittxija u hija waħda mid-destinazzjonijiet ta’ vakanza bi djar impinġija storiċi u impressjonanti. L-aħħar waqfa tagħna tkun f’ Lake Eibsee, tinstab taħt il-muntanja l-aktar għolja tal-Ġermanja, iż- Zugspitze. Jekk is-servizz ta’ boat ikun disponibbli, nistgħu nieħdu  boat trip (extra) jew nikru paddle boat (extra) fuq il-lag aħdar żmerald, esperjenza tassew unika!  

 

Il-Ħamis
Nagħmlu check-out mill-lukanda u nitilqu għall-ajruport ta’ Munich għat-titjira tagħna ma’ l- Air Malta li titlaq f’ 12.10pm u tasal  Malta fis- 2.20pm.

PREZZ KUL PERSUNA

Kbar f’kamra doppja 

Kbar f’kamra trippla                                                 

Kbar f’kamra singola  
Żgħażagħ taħt 14 il-sena                                 

Half Board  (7 ikliet)   

* Prezz speċjali japplika biss meta jittieħed half board u l-eskursjonijiet kollha

 

PREZZ JINKLUDI

Titijiriet ma’ l-Air Malta: Malta/Munich/Malta

7 t’iljieli akkomodazzjoni f’lukanda  4 star Hotel Tyrol f’ Pfunds jew simili

Kmamar kollha b’servizzi privati

Kolazzjon buffet kuljum

Welcome drink

Użu tal- indoor swimming pool & wellness & spa area

Żjara b’xejn f’ Oberammergau

Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport

Taxxi tal-ajruport  u service charge

Insolvency Fund

 

ESKURSJONIJIET                                     Kbar   Tfal

Merano/Lago di Resia                                                

Kaunertal/Landeck                                                    

Serfaus/Fiss/Ladis                                                      

Innsbruck                                                                  

Livigno                                                                       

Seefeld/Garmisch-Pertenkirchen/Lake Eibsee   

TOTAL ESKURJONIJIET                                                                                                

 

Mhux inkluż fil-prezz

 

City tax ta’ €1.90 kull persuna kuljum (minn 16 il-sena ‘l fuq) għandha titħallas direttament fil-lukanda

Serfaus cable-car                                           €18.50 kbar/€15.00 tfal

Swarovski Crystal World                             €17.00 kbar/€7.50 tfal

Latteria di Livigno                                        €5.00 kull persuna

Lake Eibsee boat trip                                   €12.00 kbar/tfal 

 

Il-prezzijiet t’hawn fuq jistgħu jitbiddlu

GROUP 1              GROUPS 2-7
Prezz   *Prezz       Prezz   *Prezz 

              Specjali                 Specjali  

€639     €539          €659     €559
€599     €499          €619     €519

€709     €609          €729     €629

€459      €359         €479     €379

€99       €99            €99       €99                                                      

€49      €24.50
€48      €24

€35      €17.50

€41      €20.50
€49      €24.50  
€44      €22 
€266    €133  

AUSTRIAN tYROLL 5.jpg
DOLOMITI Insburg 1.jpg
  • White Twitter Icon
  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page