top of page
lake bled 5.jpg
lake bled 10.jpg
lake bled 11.jpg
lake bled 6.jpg
lake bled 2.jpg
lake bled 3.jpg
lake bled16.jpg
lake bled 22.jpg
lake bled 20.jpg

Lake Bled fi Slovenja

Kif ukoll ftit mill-Italja u Awstrija

Titjiriet diretti minn Ljubljana

Inzuru: Bled, Bohinj, Mount Vogel, Novo Mesto, Krka River, Villach,

Klagenfurt, Ljubljana, Kranjska Gora, Lago di Fusine,

Tarvisio, Monte Lussari, Postojna Caves u Predjama Castle.

Grupp 1          25 ta’ Ġunju – 2 ta’ Lulju

Grupp 2          2 – 9 ta’ Lulju

Grupp 3          9 – 16 ta’ Lulju

Grupp 4          16 – 23 ta’ Lulju

Grupp 5          23 – 30 ta’ Lulju

Grupp 6          30 ta’ Lulju – 6 ta’ Awissu

Grupp 7          6 – 13 ta’ Awissu

Grupp 8          13 – 20 ta’ Awissu

Grupp 9          20 – 27 ta’ Awissu

Grupp 10        27 ta’ Awissu – 3 ta’ Settembru

Grupp 11        3 – 10 ta’ Settembru

Grupp 12        10 – 17 ta’ Settembru

Grupp 13        17 – 24 ta’ Settembru

           

It-Tlieta:        

Niltaqgħu l-ajruport fl-4.25pm għat-titjira diretta tagħna ma’ l-Airmalta f’Lubljana li titlaq fis-6.25pm. mal-wasla immorru l-lukanda ċentrali fi Bled għaċ-check-in.

L-Erbgħa:     

Nibdew iż-żjara tagħna b’eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa fejn nesploraw il-belt ta’ Bled, magħrufa bħala il-perla tar-reġjun Alpin ta’ Slovenja. Nżuru Bled Castle (extra) imbagħad inkomplu għal Bohinj, l-akbar lag glaċjali fi Slovenja u tinsab fir-reġjun tal-Julian Alps. Naqbdu cable car (extra) biex nitilgħu Mount Vogel u aħna u telgħin nammiraw il-veduta stupenda  sakemm naslu fi-quċċata.

Il-Ħamis:       

Illum ser immorru eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa fiż-żona ta’ Novo Mesto fejn inżuru farm tradizzjonali famuż għall inbid Cvicek tiegħu kif ukoll rikba pjaċevoli fuq ix-xmara Krka fuq raft kbir tradizzjonali. Dan il-farm għandu mal-150 sena u huwa ristorat u mgħammar b’mod tradizzjonali. Inkunu milqugħa b’ħobż magħmul id-dar, salami, u inbid lokali. L-esperjenza fuq ir-raft iddawwarna biex naraw il-veduti prinċipali madwar din ix-xmara sabiħa filwaqt li jkollna mużika live (jekk it-temp jippermetti).

Il-Ġimgħa:      

Bil-coach illum għanda eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa fejn naqsmu fl-Awstrija biex inżuru żewġ t’ibliet mill-isbaħ – Villach, belt żgħira antika saż-żmien ir-Rumani, u Klagenfurt, waħda mill-iżbaħ ibliet antiki tal-Awstija. Klagenfurt kien ingħata id-diploma prestiġġjuża Europa Nostra Diploma għall-btieħi bl-arkati tar-Rinaxximent restawrati. Il-Neuer Platz hija dominata mill-Lindwurm, dragun bil-ġwienaħ li huwa l-emblema tal-belt u kien iddisinjat fuq id-dragun tal-leġġenda.

 

Is-Sibt:                       

Dalgħodu sejrin għal eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa f’Lubljana, il-belt kapitali ta’ Slovenja. Din il-belt ħelwa għandha sezzjoni barokka tal-belt il-qadima, b’toroq dojoq mħaddnin bejn il-kastell u ix-xmara Ljubljanica. Postijiet ta’ interess partikolari tal-belt il-qadima jinkludu il-Kattidral ta’ San Nikolai, is-City Hall, it-tlett pontijiet u is-suq miftuħ. Wara tour bi gwida, immorru għal boat ride (inkluż – dejjem jekk it-temp jippermetti) fuq ix-xmara Ljubljanica.

Il-Ħadd:         

Eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa hija ippjanata fi Kranjska Gora. Issettjata fil-fruntieri ma’ l-Awstrija u l-Italja, dan ir-risort kemm tax-xitwa kif ukoll tas-sajf tmiss ma’ Triglav National Park. Dan il-villaġġ pittoresk iżomm l-identita tiegħu u huwa pjaċevoli li wieħed jagħmel użu mill-cable chairs (extra).

It-Tnejn:        

Fl-eskursjoni optional tal-lum sejrin naqsmu fl-Italja lejn Lago di Fusine u Tarvisio. L-ewwel nieqfu f’Lago di Fusine fejn niltaqgħu ma’ żewġ lagi verament sbieħ. Wara nipproċedu f’Tarvisio u nżuru Piazza di Unita. Hin għall-lunch (extra) qabel ma mmorru taħt il-Monte Lussari fejn jekk irridu u jekk it-temp jimppermetti nistgħu naqbdu cable car (extra). Monte Lussari huwa famuż mal-pellegrini minħabba it-tradizzjoni relatata mat-tisjib ta’ statwa tal-Verġni Marija bil-Bambin Ġesu.

It-Tlieta:        

L-eskursjoni optional tal-lum teħodna f’Postonja u Predjama. L-għerien ta’ Postonja (dħul extra) huma fost l-akbar fid-dinja. Hemm 22 kilometru ta’ strutturi fantastiċi ta’ stalactites u stalagmite. Ferrovija tal-elettriku iddawwarna minn ġol-għerien imbagħad gwida timxi magħna minn partijiet drammatiċi tal-għerien. Nżuru wkoll Predjama Castle (dħul extra), struttura unika fi stil Gotiku mibni eżatt taħt il-muntanja. Nirritornaw fil-lukanda u ħruġ minn ġol-kmamar huwa sa nofsinhar. Wara nibdew triqitna lejn l-ajruport ta’ Lubljana għat-titjira tagħna ma’ l-Airmalta li titlaq fid-8.55pm u naslu Malta fl-10.50pm.

 

Prezz kull Persuna         Grp 1-2, 10 – 13                     Grp 3-9

                                                Normali          Speċjali*        Normali          Speċjali*

Kbar f’kamra doppja              

Kbar f’kamra tripla

Kbar f’kamra singola              

L-ewwel tifel                          

It-tieni tifel                              

Half Board                              

(7 ikliet buffet)                     

 * prezz speċjali japplika biss meta jittieħdu Half Board u l-eskursjonijiet kollha

 

Prezz Jinkludi

Titjiriet diretti ma’ l-Air Malta: Malta/Ljubljana/Malta

Akkomodazzjoni fil-Lukanda Hotel Krim (3 star) fi Bled

Kmamar kollha bis-servizzi privati

7 kolazzjonijiet buffet

Trasferimenti ajruport/lukanda/ajruport

Servizz ta’ Tour Leader

Taxxi tal-ajruporti u service charge

Insolvency Fund

 

Eskursjonijiet                                Kbar          Tfal            

Bled/Bohinj/Mt Vogel                                                

**Novo Mesto Farm/Raft                                           

Villach/Klagenfurt (Austria)                                       

Ljubljana                                                                     

Kranjska Gora                                                             

Lago di Fusine/Tarvisio/Monte Lussari                      

Predjama Castle/Postojna Caves                                

Total:                                                                                        

L-eskursjonijiet kollha huma immexxija minn gwida bl-Ingliż

**Prezzijiet ta’ din l-eskursjoni jinkludu: dħul, wine tasting, dgħajsa bil-mużika abbord u gwidi

 

Mhux Inklużi fil-Prezz

City tax-€3.13 kull persuna kull lejl titħallas direttament fil-lukanda

Bled Castle                                           

Mt Vogel Cable Car                            

Monte Lussari Cabel Car                   

Postojna Caves u Predjama Castle   

Lake Bled Pletna ride                         

Vintgar Gorge                                     

Kranjska Gora Sledging/Chairlift       

BTC Shopping Centre (użu tal-coach miċ-ċentru ta’ Ljubljana sa BTC)     

 

Il-prezzijiet t’hawn fuq jistgħu jitbiddlu

€639                €539                €659                €559

€599                €499                €619                €519   

€769                €669                €789                €689

€299                €169                €299                €169

€299                €269                €299                €269

€99                  €99                  €99                  €99

€19               €10 

€48               €24

€40               €20 

€38               €19 

€39               €20 

€38               €19 

€30               €15 

€252             €126 

€3.13 - (minn 12 il-sena il-fuq)

€8.50       €4.50 

€15          €10

€10.50     €00 taht id-9 snin 

€27.40     €17.80

€15          €07

€10          €03 

€10          €07

€04          €00

lake bled 13.jpg
lake bled 12.jpg
lake bled 7.jpg
lake bled 8.jpg
lake bled 9.jpg
lake bled 4.jpg
lake bled 1.jpg
lake bled.jpg
lake bled 14.jpg
lake bled 18.jpg
lake bled 19.jpg
  • White Twitter Icon
  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page