






Il-Programm tas-SAJF 2020 JOROG FIL-8 TA' MARZU 2020






Costa Brava u Lourdes
Inżuru: Barċellona, Montserrat, Port Aventura, Tordera, Tossa De Mar,
il-Funtani ta' Barċellona, Ġirona, Lloret De Mar u postijiet oħra
4-13 ta’ Settembru 2019
7 t'iljieli f'Lloret De Mar, Costa Brava
2 t'iljieli f'Lourdes
L-Ewwel Jum – L-Erbgħa 4 ta' Settembru
Niltaqgħu mat-Tour Leader fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fin-12.15pm
fejn nagħmlu ċ-check-in għat-titjira diretta mal-Vueling li titlaq fit-2.45pm.
Mal-wasla agħna f'Barċellona, permezz tal-coach privata tagħna, immorru fil-
lukanda 4 star Garbi Park, nieħdu l-kmamar, li huma kollha bl-arja
kkundizzjonata, l-ikla ta' filghaxija (Optional) u harga mat-Tour Leader.
It-Tieni Jum – Il-Ħamis 5 ta' Settembru
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni optional ta' ġurnata fil-belt sabiħa ta' Barċellona li matulha nżuru l-isbaħ monumenti, bħall-Katidral tas-Sagra Familja, ir-Ramblas, il-monument ta' Kristofru Kolombu, il-Kwartieri Medjevali, il-Villaġġ Olimpiku u ħafna postijiet oħra ta' interess. Nirritornaw fil-lukanda f'Lloret De Mar filgħaxija. . L-ikla ta’ filgħaxija hija optional.
It-Tielet Jum – Il-Ġimgħa 6 ta' Settembru
Wara l-kolazzjon illum qed norganizzaw eskursjoni optional ta’ ġurnata f' Girona u Tossa De Mar. Nibdew b’Girona, belt antika u interessanti Rumana li hija miżmuma fi stat ta’ konservazzjoni tajjeb ħafna fejn inżuru l-kattidral majestuż ta’ Santa Marija, ngħaddu mill-kwartieri fejn kienet tgħix il-komunità Lhudija u jkollna ħin liberu. Inkomplu billi mmorru Tossa De Mar, villaġġ tassew pittoresk. Ikollna ukoll wine tasting interessanti. . L-ikla ta’ filgħaxija hija optional.
Ir-Raba Jum - Is-Sibt 7 ta' Settembru
Wara l-kolazzjon illum ikollna ġurnata libera fejn wieħed ikun jista’ jammira aktar Lloret De Mar. Però għal dawk li jridu jqattgħu ġurnata verament rilassanti, jistgħu imorru il-Marineland Aqua Park (extra u m'hix inkluża fil-prezz ta' l-eskursjonijiet), fejn wieħed ikun jista’ jara wirja spettakolari ta' delfini, għasafar tal-priża kif ukoll pappagalli ... u anke xi għawma. Filgħaxija, wara l-ikla jkollna eskursjoni optional fejn immorru bil-coach naraw show verament eċċezzjonali fil-Casino l-ġdid ta' Lloret De Mar, fejn tkunu tistgħu tgawdu wirja internazzjonali ta' madwar sagħtejn li fiha jieħdu sehem artisti Spanjoli flimkien ma' oħrajn ta' nazzjonalità differenti, bi żfin u kostumi mill-isbaħ. Waqt dan ix-show mhux permess li jittieħdu ritratti jew videos. Il-prezz jinkludi wkoll nofs flixkun xampanja għal kull persuna jew min jippreferi flok xampanja jista' jieħu long drink. L-ikla ta’ filgħaxija hija optional .
Il-Hames Jum - Il-Ħadd 8 ta' Settembru
Wara l-kolazzjon ewwel eskursjoni optional tal-lum tehodna is-suq ta’ Tordera minn fejn tistgħu tagħmlu xi ftit shopping tajjeb. Minn Tordera l-coach tirritornana fil-lukanda. Fis-2.00pm ikollna it-tieni eskursjoni optional fejn l-ewwel immorru Montserrat, inżuru l-Kattidral u filwaqt li ngawdu veduta mill-isbaħ, naraw ukoll l-istatwa tal-Madonna s-Sewda. Wara ninżlu minn Monserrat sabiex naraw parti oħra minn Barcellona li ma nkunux ilħaqna rajna fis-sightseeing tour u nżuru l-funtani maestużi ta’ Barcellona li huma meqjusa bħala l-isbaħ fl-Ewropa. L-ikla ta’ filgħaxija hija optional , pero ghal dawk li jiehdu din l-eskursjoni, l-ikla tkun f’nofsinhar.
.
Is-Sitt Jum - It-Tnejn 9 ta' Settembru
Wara l-kolazzjon, illum tkun gurnata libera fejn wiehed ikun jista jesplora aktar il-gmiel ta' dan il post. L-ikla ta’ filgħaxija hija optional.
Is-Seba Jum - It-Tlieta 10 ta' Settembru
Wara l-kolazzjon fil-lukanda, illum qed nipproponulkom xi ħaġa tassew differenti u li żgur tieħdu pjaċir biha. Il-post jismu Port Aventura. Dan huwa optional tour ta' ġurnata li se jeħodna fil-viċinanzi ta' Tarragona. Il-prezz jinkludi t-transfer bil-coach u lura, kif ukoll l-entratura f'Port Aventura, li permezz tagħha tkunu tistgħu titilgħu fuq l-attrazzjonijiet kollha. Nissuġġerulkom li ma titilfux din l-esperjenza. L-ikla ta’ filgħaxija hija optional .
It-Tmien Jum - L-Erbgha 11 ta’ Settembru.
Wara il-kolazzjon nibdew il-vjagg twil taġħna lejn Lourdes b’diversi waqfiet. Mal-wasla taghna f’Lourdes nghamlu c checkin u jkollna l-ikla ta filġħaxija. Intemmu l-gurnata bi zjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous.
Id-Disa Jum – Il-Ħamis 12 ta' Settembru.
Wara il-kolazzjon nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki. Inkomplu billi nżuru t-tliet Bażiliki u wara nagħmlu mixja tal-Via Sagra fuq l-għolja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion fil-Pyrenees National Park, li huwa riserva naturali protetta u hemmhekk inżuru Pont d’Espagne. Din hija sekursjoni mill-isbaħ fuq il-muntanji bl-opportunita li nitgħaxxqu b’xenarju sabiħ u kaskati meraviljużi. Ċena fil-lukanda u fid-9.00pm nieħdu sehem bħala grupp, fil-Purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.
L-Ġħaxar Jum – Il-Gimgha 13 ta' Settembru
Kolazzjon kmieni biex imbagħad immorru fil-banjijiet li qegħdin viċin il-Grotta u hemm nagħmlu it-talb tagħna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegħa li qegħda fil-Grotta, proprju ħalli titwettaq l-istedina tal-Madonna biex wieħed jinżel fl-ilma, jirrikonċilja u jitlob għall-intenzjonijiet tiegħu. Inkomplu bil-programm billi nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Pranzu u wara ħin liberu, sakemm isir il-ħin li nitilqu mill-lukanda għall-ajruport. (Ħruġ mill-kmamar fin-12.30pm). It-titjira titlaq minn Lourdes fid-9.00pm u tasal Malta fil-11.15pm.
IL-PREZZ JINKLUDI :
*Titjiriet diretti bil-Vueling Airlines min Malta ġħal Barcellona
*Titjiriet diretti bl-Air Malta lura lejn Malta
*2 ljieli akkomodazzjoni FULL BOARD fil-lukanda Lys de Marie 3*** jew simili.
*7 ljieli akkomodazzjoni Bed & Breakfast fil-lukanda Centrali Garbi Park 4**** fic-centru ta’ Lloret de Mar
*Kmamar kollha mghammra b’toilet, banju jew docca, ecc
*Transfers b’coach Ajruport/Lukanda/Lourdes/Lloret De Mar/Ajruport.
*Tour Leader. / *F'Lourdes FULL BOARD. (Jumejn) *F'Lloret de Mar Buffet Breakfast. (7 t’ijiem)
MHUX INKLUZI FIL-PREZZ :
City Tax ta’ Spanja (€0.99 kull lejl u kull persuna l-fuq minn 12 i-sena. Din it-taxxa titħallas direttament fil-Lukanda
City Tax ta'Lourdes €1.50 kull lejl u kull persuna l-fuq minn 12 i-sena. Din it-taxxa titħallas direttament fil-Lukanda.
Donazzjoni lis-Santwarju f'Lourdes - €2 (kull persuna kuljum) – Din it-taxxa tithallas direttament fil-Lukanda.
Travel Insurance (Rakkomandata) Weaver access inkluza
Kbar Tfal
€29 €14
PREZZIJIET KULL PERSUNA
Prezz *Prezz Specjali
Kamra Doppja: €699 €629
Kamra Tripla: €679 €609
Kamra Singola: €849 €779
L-ewwel tifel/tifla: €439 €389
Tieni Tifel/Tifla: €489 €439
HALF BOARD SUPPLEMENT: €89 €89
**Prezz specjali ghal min jiehu l-Half Board u eskursjonijiet kollha.
L-eta tat-tfal hija 12 il-sena mhux maghluqa.
Il-prezz tat-tfal jghodd biss jekk ikunu ma' 2 adulti.
ESKURSJONIJIET: KBAR TFAL
Barcellona (Gurnata) €36 €19
Girona/Tossa De Mar (Gurnata) €31 €16
*Port Aventura (Gurnata) €65 €51
Tordera Market €20 €10
Montserrat/Funtani €40 €20
*Gran Flamengo Show €41 €22
Pont D’Espagne €28 €14
TOTAL: €261 €152
* Il-prezz tal-entratura hu inkluz fil-prezz
