







COSTA BRAVA
Extra Tour
Inżuru: Barċellona, Montserrat, Port Aventura, Tordera Market, Tossa De Mar, il-Funtani ta' Barċellona, Lloret De Mar u postijiet oħra
NOQOGĦDU FIL-HOTEL GARBI PARK 4**** li qiegħda fiċ-ċentru
L-ikla ta' filghaxija inkluza fil-prezz - Early Check in u Breakfast Bonus
2-10 ta' Settembru 2022


IL-GIMGHA 2 TA'SETTEMBRU 2022
NILTAGHU L-AIRPORT IL-GIMGHA 2 TA'SETTEMBRU 2022 fis-6.15pm ta' filghaxija ghac-checkin, Tluq ikun fit 8.30pm, naslu Barcellona
fil-11.00pm fejn wara li niehdu il-bagalji bil-coach privata taghna naqbdu t triq ghal-Lloret De Mar.
L-Ewwel Jum – Is-Sibt - Mal-wasla taghna Lloret De Mar immorru fil-lukanda 4 star Garbi Park, niehdu l-kmamar li huma kollha bl-arja kkundizzjonata - u ikollna hin ta mistrieh wara lejl imqajmin. Breakfast u harga ta' familjarizzazzjoni mat-Tour Leader. Wara l-ikla ta' filghaxija fil-Lukanda, harga mat-Tour Leader.
It-Tieni Jum – Il-Hadd Zewg Ezkursjonijiet - Torera Market u Monteserrat u Funtani.
Wara l-kolazzjon ikollna l-ewwel eskursjoni optional li tehodna is-suq ta’ Tordera minn fejn tistghu taghmlu xi ftit shopping tajjeb. Minn Tordera l-coach twassalna lura fil-lukanda. L-ikla tal-lum tittiehed f'nofs in-nhar peress li filghaxija naslu tard fil-Lukanda.
Fis-2.00pm ikollna it-tieni eskursjoni optional fejn l-ewwel immorru Montserrat, inżuru l-Kattidral u filwaqt li ngawdu veduta mill-isbah, naraw ukoll l-istatwa tal-Madonna s-Sewda. Wara ninżlu minn Monserrat u mmorru Barcellona fejn ikollna ftit hin liberu u minn irid jista jidhol jara l-Aquarium (entratura extra). Minn hawn immorru nżuru l-funtani maestużi ta’ Barcellona li huma meqjusa bhala l-isbah fl-Ewropa.
It-Tielet Jum – It-Tnejn Eskursjoni Sightseeing ta Barcellona
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni optional ohra ta' ġurnata fil-belt sabiha ta' Barċellona li matulha nżuru l-isbah monumenti, bhall-Katidral tas-Sagra Familja, ir-Ramblas, il-monument ta' Kristofru Kolombu, il-Kwartieri Medjevali, il-Villaġġ Olimpiku u hafna postijiet ohra ta' interess. Nirritornaw fil-lukanda f'Lloret De Mar filghaxija.
Ir-Raba Jum – It-Tlieta Eskursjoni ta' Port Aventura
Wara l-kolazzjon fil-lukanda, eskursjoni ohra optional fejn qed nipproponulkom xi haġa tassew differenti u li żgur tieħdu pjaċir biha. Il-post jismu Port Aventura. Dan it tour ta' ġurnata jehodna fil-viċinanzi ta' Tarragona. Il-prezz jinkludi t-transfer bil-coach u lura, kif ukoll l-entratura f'Port Aventura, li permezz tagħha tkunu tistgħu titilghu fuq l-attrazzjonijiet kollha. Nissuġġerulkom li ma titilfux din l-esperjenza.
Il-Ħames Jum – L-Erbgha
Wara l-kolazzjon illum ikollna ġurnata libera fejn wiehed ikun jista’ jammira aktar Lloret De Mar. Però ghal dawk li jridu jqattghu ġurnata verament rilassanti, jistghu imorru il-Marineland Aqua Park (extra u m'hix inkluża fil-prezz ta' l-eskursjonijiet), fejn wiehed ikun jista’ jara wirja spettakolari ta' delfini, ghasafar tal-priża kif ukoll pappagalli ......... u anke xi ghawma.
Is-Sitt Jum – Il-Hamis Eskursjoni ta' Tossa De Mar u wine Tasting
Kolazzjon u eskursjoni ohra optional billi mmorru Tossa De Mar, villaġġ tassew pittoresk. Ikollna ukoll wine tasting interessanti.
Is-Seba' Jum – Il-Ġimgha Eskursjoni Ghaz-Zoo, Barcellona Stadium u ftit shopping tajjeb min Barcellona
Wara l-Kolazzjon l-ahhar eskursjoni optional ghal dawk li huma interessati li jaraw iz-zoo jew il football maghruf ta' Barcellona, wiehed irid jghazel ovvja ghax ma jkunx hemm hin ghat tnejn u anke ghax mhux kulhadd dilettant taz-zoo jew football - wara kulhadd ghal ftit shopping tajjeb mid-Diagonal Ded Mar fejn hemm fost phtajn il-famuz Primark (Id-dhul taz-zoo jew ground huwa extra)
It-Tmien Jum – Is-Sibt Ritorn lura Malta
L-ahhar jum taghna f'Barcellona, Breakfast u hin liberu. Sal 11.00am inkunu rridu nkunu hrigna mill Kmamar fejn inhallu il bagalji f'post sigur fil lukanda stess. Fis-2.30pm permezz tal-Coach taghna nghabbu il-bagalji u naqbdu t-triq ghal-ahhar parti tal vjagg taghna......Ajruport ta' Barcellona ghac checkin. Il-hin tat-tluq tal-flight huwa fis-7.00pm fejn inkunu mistennija naslu Malta fid-9.15pm
IL-PREZZ JINKLUDI :
*Titjiriet diretti bil-bil-linja ta' l-ajru Vueling
*(7 ljieli) akkomodazzjoni HALF BOARD fil-lukanda Centrali Garbi Park 4**** fic-centru ta’ Lloret de Mar.
*Din il-lukandi hija mghammra bl-arja kundizzjonata.
*Kmamar kollha mghammra b’toilet, banju jew docca, ecc
*Transfers b’coach privat ajruport/lukanda/ajruport.
*Tour Leader ta’ Esperjenza
*7 Buffet Breakfast u l-Ikla ta' filghaxija.
*Bonus Breakfast mal-wasla taghna u early Checkin
MHUX INKLUZI FIL-PREZZ :
City Tax ta’ Spanja (€1.35 kull lejl minhabba li din issa hija Lukanda 4**** kull persuna, mhix inkluża fil-prezz – Din it-taxxa titħallas direttament fil-Lukanda. Taht is-17 il-sena ma jhalsu xejn







