top of page
brasov.jpg
bran 2.jpg
therme.jpg
bucharest 1.jpg
bucharest 3.jpg
peles-castle-.jpg
medieval-bran-castle-in-brasov-romania-k
bucharest 1.jpg
NOVOTEL RECEPTION.jpg
RESCEPTION NOVOTEL.jpg
bucharest..jpg

B'TALBA GENERALI............

L-aħħar tas-sena f’Bucharest

Il-post fejn twieled il-Konti Drakula 

 

Inżuru: Bucharest, Brasov, Sinaia, Bran u postijiet oħra.

28 ta’ Diċembru 2022 – 3 ta’ Jannar 2023

Hotel Pullman

Bucharest World Trade Centre 4****

NOQĠHODU

Hotel Pullman 4****

Pullman Hotel hija lukanda 4**** lussuza ;i tinsab 5 kilometri il-boghod mic-Centru, madanakollu xorta tista tinlahaq fi ftit minuti biex wiehed imur fic-Centru. Ta min isemmi ukoll li l-Park famuz ta' Herastrau u l-Arc De Triumph, li huwa koppja ta dak li hemm Parigi pero fuq scala ftit izghar jinsabu fil-vicinanzi tal-Lukanda

PROGRAMM

It-Tlieta 27 ta’ Dicembru 2022. NILTAQGHU L-AIRPORT FIL-11.30pm GHAC-CHECKIN

L-Erbgħa 28 ta’ Diċembru 2022 - Wasla f'Bucharest u Eskursjoni optional - Sightseeing tal-belt ta’ Bucharest:
Inhallu Malta mal-linja ta l-ajru AIRMALTA fis-2.20am u naslu Bucharest fil-5.35am biex permezz tal-coach naqbdu t-Triq ghal-lukanda Pullman.  IL-kmamar jinghataw wara li nirritornaw mill-ewwel eskursjoni ta Buchrest City Tour.

Ftit hin liberu u wara bil-coach ikollna l-ewwel eskursjoni tal-programm billi nżuru diversi postijiet prominenti fil-belt ta’ Bucharest. Nibdew billi mal-gwida mmorru dawra ta’mal-belt fejn naraw l-iktar postijiet importanti u storiċi tal-belt fosthom il-Palazz tal-Parlament (minn barra) – li kien mibni mid-dittatur Nicolae Caucescu. Inżuru Lipscani, jew ahjar kif inhi maġhrufa  l-Old Town, Belt mimlija hajja b’restauranti, Bars, Clubs u kull haga li tohloq divertiment - Gwida tal-lokal

 

Il-Hamis 29 ta’ Dicembru 2022. Eskursjoni optional – Bran/Brasov - Fuq il-passi ta’ Drakula

:F’din l-eskursjoni nżuru l-Bran Castle li ta’ spiss jissejjah ‘Il-Kastell ta’ Drakula’ fejn jinghad li fih kien joqghod Drakula (ghalkemm dan huwa biss wiehed mill-hafna postijiet marbuta mal-leġġenda ta’ Drakula). Illum dan il-kastell huwa mużew miftuh ghat-turisti u fih hemm kollezzjoni mill-isbah0ta’ ghamara u ta’ arti tar-reġina Marie. Ġojjell li hadd ma ghandu jfalli milli jara. Imbaghad inkomplu bl-eskursjoni taghna billi nżuru Brasov fejn naraw il-Knisja s-Sewda minn barra, li huwa l-katidral ewlieni ta’ Brasov. Dan inbena fl-1384 mill-komunità Ġermaniża li kienet tghix fil-belt u huwa l-monument ewlieni bi stil gotiku tal-pajjiż. Fi Brasov imbaghad inżuru Triq ir-Repubblika fejn hemm iċ-ċentru tax-shopping ta’ Brasov. Gwida tal-lokal u entraturi inklużi fil-prezz. Ġurnata - Gwida tal-lokal

Il-Gimġħa 30 ta’ Dicembru 2022. Eskursjonijiet optional  - Primaveri – Tiganesti id-Dar ta’ Ceaucescu: u Therme

Wara li kien maghluq ghal aktar minn 27 sena wara r-Rivoluzzjoni tal-1989 fejn 1,142 persuna kienu maqtula u 3,138 ohra kienu feruti, ikollna l-opportunità li nżuru d-dar tal-ahhar dittatur Rumen. Hemmhekk inkunu nistghu naraw il-kmamar lussużi, kmamar tal-banju b’deheb banjat kif ukoll hwejjeġ personali ta’ Nicolae Ceausescu u ta’ martu Elena kollha preservati tajjeb ġewwa villa li tiswa aktar minn 25 miljun ewro. Jekk ma tridux titilfu s-sensazzjoni ta’ dik l-era tonqsux li żżuruh.Il-Monasteru Tiganesti huwa famuż ghall-workshops tieghu li fihom jiġu manifatturati hwejjeġ saċerdotali u rakmu. Fil-workshops ta’ dan il-monasteru, is-sorijiet ihitu materjal bl-idejn ghall-hwejjeġ saċerdotali, pjanta tal-harir bi hjut tad-deheb u tal-fidda. F’dawn il-workshops kien isir rakkmu ghal Maura Hall mill-Kastell ta’ Peles ġewwa Sinaia. Gwida tal-lokal u entraturi inkluzi fil-prezz. Nofstanhar. - Gwida tal-lokal

Fl-4.00pm -  Eskursjoni optional – Therme

Filghaxija inzuru Terme li huwa post ta divertiment uniku f’ambjent mill-isbah fejn wiehed ikun jista anke jghum, anzi important li wiehed jghum biex jesperjernza s-sensazzjoni meta tghum fil-kesha u thoss il klima tajba………esperjenza unika f’ambjent uniku!!!!!! .tinsewx il-malja.

Is-Sibt 31 ta’ Jannar 2022.  Eskursjoni optional – Sinaia - Gmiel in-Natura:

Wara l-kolazzjon illum immorru nżuru l-Muntanji Carpathian. Inżuru l-Palazz Peles li hu palazz medjevali meraviljuż mibni f’nofs ambjent idilliku, u l-monasteru famuż ta’ Sinaia li fih jghixu tlettax-il Patri Nisrani Ortodoss. Ikollna hin biex wiehed ikun jista’ jixtri xi souvenirs. Inżuru wkoll iċ-ċentru tal-hekk imsejha Pearl of the Carpathians fejn ingawdu veduti mill-isbah tal-muntanji. Min irid (optional) ikun jista’ jiehu l-cable car u jitla’ f’altitudni ta’ 2000 metru u jgawdi xeni tassew spettakulari. (Il-cable car extra u jiswa madwar 10 ewro kull persuna). Min irid jista’ jiekol hemmhekk (extra u jiswa madwar 15-il ewro kull persuna). Gwida tal-lokal u entraturi inklużi fil-prezz. Ġurnata.

Qed isiru arrangamenti biex issir ikla ta l-okkazzjoni ta l-ahhar tas-sena. Minn jibbukkja jinghata informazzjoni aktar tard 

Il-Hadd 1 ta’ Jannar 2022. Is-sena t-tajba lil-kulhadd - Awguri !!!

Gurnata libera

It-Tnejn 2 ta’ Jannar 2022.. Eskursjoni optional  - Baneasa Shopping:

Fil-ġhodu nġhamlu ftit shopping tajjeb f’wiehed mill-aktar shopping centres moderni li hemm f’Bucharest.

Fil 8.30pm inhallu l-lukanda ghall-Ajruport ta’ Bucharest fejn naghmlu c-check-in ghat-titjira lura Malta li tilaq sbieh it-Tlieta 3 ta' Jannar  f' 00.05. fejn inkunu mistennija naslu Malta fis-1.20am

X’JINKLUDI L-PREZZ

*Titjiriet diretti bl-Air Malta, Malta / Otopeni / Malta

*5 ljieli fl-Lukanda 4****  Pullmann Hotel 

*Breakfast kuljum (5)

*Kmamar kollha b’faċilitajiet privati

*Transfers Airport / Hotel / Airport

*Servizz ta’ Tour Leader Malti u Gwida tal-Post

*Taxxi Kollha

                                           

                                                      

                

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ahhar 4  kmamar
kmamar bi 2 kbar

1 Bucherest NY 2022 IKLA...............jpg
bran 1.jpg
therme 4.jpg
bucharest 6.jpg
therme 2.jpg
therme 1.jpg
bucharest 2.jpg
new website Bucharest 2019.jpg
bucharest 9.jpg
220r190000017dzl22118_Z_550_412_R5_Q70_D.jpg
bran 2.jpg
bucharest 4.jpg
  • White Twitter Icon
  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page