top of page
tossa de mar 2.jpg
Pictures website.jpg
Pictures website 1.jpg

COSTA BRAVA    3-10 ta’ Settembru 2023

 

Inżuru:  Barċellona, Montserrat, Funtani, Port Aventura, Tordera Market, Tossa De Mar,  Diagonal De Mar Shopping Centre, Zoo, Nou Camp, Lloret De Mar u postijiet oħra.

 

*HOTEL Garbi Park fic-Centru. 

*HALF BOARD - l-ikla ta’ filgħaxija inkluża fil-prezz.

* Eskursjonijiet inkluzi fil-prezz

*EARLY CHECK-IN.  *25 Kgs Luggage.

Il-Ħadd 03 ta’ Settembru 2023 - TLUQ MINN MALTA

Niltaqgħu mat-Tour Leader fis-8.45pm ta’ filgħaxija għaċ-check-in, tluq fl-11.20pm.

It-Tnejn 04 ta’ Settembru 2023 - WASLA F’LLORET DE MAR u ESKURSJONI GĦALL-TOSSA DE MAR

Naslu Barċellona fis-1.30am u wara li nieħdu il-bagalji, bil-coach privata tagħna naqbdu t-triq għall-Lloret De Mar fejn mal-wasla tagħna fil-lukanda Garbi Park li tinsab fic-Centru nieħdu l-kmamar li huma kollha attrezzati bl-arja kundizzjonata u ikollna ħin ta’ mistrieh. Wara l-Kolazzjon hin liberu u fis-1.30pm ikollna l-ewwel eskursjoni li tkun għal Tossa De Mar u wine Tasting. Dal-post huwa villaġġ tassew pittoresk u rilassanti. Ikollna ukoll esperjenza ta’ wine tasting interessanti.  Wara l-ikla ta’  filgħaxija fil-Lukanda u ħarġa mat-Tour Leader.

 

It-Tlieta 05 ta’ Settembru 2023 -  ESKURSJONI GĦALL-BARCELLONA

Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni  oħra ta’ ġurnata fil-belt sabiħa ta’ Barċellona li matulha nżuru l-isbaħ monumenti, bħall-Katidral tas-Sagra Familja, ir-Ramblas, il-monument ta’ Kristofru Kolombu, il-Kwartieri Medjevali, il-Villaġġ Olimpiku u ħafna postijiet oħra ta’ interess.  Nirritornaw fil-lukanda f’Lloret De Mar filgħaxija.  Ikla fil-Lukanda.

 

L-Erbgħa 06 ta’ Settembru 2023 - MARINELAND  (HLAS EXTRA)

Wara l-kolazzjon illum ikollna ġurnata libera fejn wieħed ikun jista’ jammira aktar Lloret De Mar.  Però ghal dawk li jridu jqattgħu ġurnata verament rilassanti, jistgħu imorru il-Marineland Aqua Park (extra u m’hix inkluża fil-prezz ta’ l-eskursjonijiet), fejn wieħed ikun jista’ jara wirja spettakolari ta’ delfini u anke  għawma tajba. Filgħaxija ikla fil-lukanda.

 

Hamis 07 ta’ Settembru 2023 - ESKURSJONI - ZOO / BARCELLONA STADIUM - SHOPPING DIAGONAL DE MAR

Wara l-Kolazzjon eskursjoni oħra għal-Barcellona għal-dawk li huma interessati li jżuru z-zoo  jew in-Nou Camp, il-ground magħruf ta’ Barcellona. Ovvjament wieħed irid jgħażel għax ma jkunx hemm ħin għat-tnejn u anke għax mhux kulħadd dilettant  taz-zoo jew football - Wara kulħadd għal ftit shopping tajjeb mid-Diagonal De Mar fejn hemm, fost oħrajn il-famuż Primark (Id-dħul għaz-zoo jew ground huwa extra). Ikla ta’ filgħaxija fil-Lukanda.


Il-Ġimgħa 08 ta’ Settembru 2023 - ESKURSJONI GĦALL-PORT AVENTURA

Wara l-kolazzjoni nitilqu mill-ewwel għal din l-Eskursjoni li teħodna fil-Park

maestuż ta’ Port Aventura, post tassew divertenti li żgur tieħdu pjaċir fih. Il-prezz jinkludi t-transfer bil-coach u lura, kif ukoll l-entratura f’Port Aventura, li permezz tagħha tkunu tistgħu titilgħu fuq l-attrazzjonijiet li hemm. Nissuġġerulkom li ma titilfux din l-esperjenza.  

 

Is-Sibt 09 ta’ Settembru 2023 -Montserrat u Funtani

Wara Kolazzjon il-lum ikollna in-nofs ta’ nhar ta’ filghodu liberu fejn wiehed jista jesplora sew Lloret De Mar li hemm hafna x’tara u hafna hwienet. Il-lum l-ikla ta filghaxija tittiehed f’nofsinhar ghax Fis-2.00pm ikollna  eskursjoni ohra fejn l-ewwel immorru Montserrat, inżuru l-Kattidral u filwaqt li ngawdu veduta mill-isbaħ naraw ukoll l-istatwa tal-Madonna s-Sewda.

Wara ninżlu minn Monserrat u mmorru Barcellona fejn naraw l-funtani maestużi ta’ Barcellona li huma meqjusa bħala l-isbaħ  fl-Ewropa.

 

Il-Ħadd 10 ta’ Settembru 2023 -   TORDERA Market

Wara l-kolazzjon ikollna l-ahhar Eskursjonijiet li teħodna s-suq ta’ Tordera minn fejn tistgħu tagħmlu  ftit shopping tajjeb. Minn  Tordera l-coach twassalna lura fil-lukanda.  Il-Bagalji inkunu hrignijom qabel ma mmorru s-suq u nhalluhom f’post fil-lukanda.   Fl-4.30pm inħallu il-lukanda għall-ajruport ta’ Barċellona fejn wara iċ-check-in inħallu Barċellona b’titjira diretta li titlaq fl-20.30pm u nkunu mistennija naslu Malta ghal-habta tal-11.00pm

 

   

3  COSTA BRAVA 3-11 SEPTEMBER 2023.jpg
white.jpg
white.jpg
white.jpg

  IL-PREZZ JINKLUDI:

*Titjiriet diretti bil-bil-linja ta’ l-ajru Vueling

*Bagalja ta’ 25kgs għal kull adult/a

*Akkomodazzjoni HALF BOARD fil-lukanda Garbi Park fiċ-ċentru ta’ Lloret de Mar.

*L-eskursjonijiet (6) kif indikati fil-Programm.

*Din il-lukanda hija mgħammra bl-arja kundizzjonata.

*Kmamar kollha mgħammra b’toilet, banju jew doċċa, ecc

*Transfers b’coach privat ajruport/lukanda/ajruport.

*Tour Leader ta’ Esperjenza

*Buffet Breakfast u l-Ikla ta’ filgħaxija Buffet.

*Early Check-in

MHUX INKLUŻI FIL-PREZZ:                  

*City Tax ta’ Spanja - €1.70c  kull lejl u kull persuna. 

*Din it-taxxa titħallas direttament fil-Lukanda. Taħt is-17 il-sena ma jħallsu xejn.

*Biljett tad-dhul għaz-Zoo jew Nou Camp u *Marine Land

PREZZIJIET KULL PERSUNA - HALFBOARD U ESKURSJONIJIET NKLUZII

white.jpg
rsz_original_summer_programme_2015 (4).png

133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel:  Mob:  00356 99476468 - 79242483
email:  info@pttmalta.com

  • White Twitter Icon
  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page