







Inzuru:
Lloret de Mar, Barċellona, Tossa de Mar, Montserrat, Marineland Aqua Park, Tordera, iż-Żoo ta’ Barċellona u Mataro Park Shopping Centre & Port Aventura
10 – 17 ta’ Awwissu
COSTA BRAVA
L-ewwel Jum - L-ERBGĦA
Niltaqgħu l-ajruport ta’ Malta *fis-1.40pm għat-titjira diretta tal-Vueling fis-4.10pm għal Barċellona. Malli naslu fis-6.25pm, il-kowċ teħodna l-lukanda ġo Lloret de Mar fejn ikollna sistemazzjoni tal-kmamar. Wara ċ-ċena nidbew il-mawra tagħna b’dawra mat-tour leader fil-qalba ta’ Lloret de Mar.
*Grupp 6: Niltaqgħu l-ajruport fis-1.30pm għat-titjira diretta tal-Vueling fit-4.00pm għall-Barċellona u naslu fil-6.15pm.
It-Tieni Jum - IL-ĦAMIS
Nibdew il-ġurnata b’kolazzjon u wara eskursjoni optional jum fil-kapitali ta’ dan ir-reġjun, Barċellona. Niltaqgħu mal-gwida tal-lokal u jakkumpanjana waqt li jagħtina spjegazzjoni bl-Ingliż meta nżuru fost l-oħrajn, is-Sagrada Familia, il-Knisja ta’ Santa Maria Del Mar li nbniet bejn l-1329 u l-1383 u Mont Juic, għolja ideali minn fejn wieħed jista’ jgawdi l-veduta ta’ Barċellona. Wara nofsinhar, ħin liberu għal żjarat personali. Nistgħu nżuru l-famuż Akwarjum ta’ Barċellona (dħul extra), li qiegħed viċin il-Monument ta’ Kristofru Kolombu. Fi triqitna lejn illukanda, nieqfu f’bottega Spanjola u nduqu u nixtru varjetà ta’ inbejjed Spanjoli fosthom is-Sangria.
It-Tielet Jum - IL-ĠIMGĦA
Eskursjoni optional ta’ nofs-ta-nhar li teħodna Tossa de Mar. Din hija belt antika li fiha veduti kostali mill-isbaħ. Fis-sena 1931 ġiet iddikjarata bħala monument artistiku u ta’ storja kbira. Tard wara nofsinhar eskursjoni f’Montserrat. F’Montserrat, li qiegħed f’għoli ta’ 1,236 metru ’l fuq mix-xmara, inżuru l-Monasteru tal Benedittini ddedikat lil ‘Moreneta’ (Il-Verġni s-Sewda) Padruna ta’ Katalunja. Xenarju spettakolari matul il-vjaġġ.
Ir-Raba Jum - IS-SIBT
Wara l-kolazzjon, ġurnata libera fejn nissuġġerixxu li mmorru Marineland Aqua Park (extra) għad-divertiment li jinkludi wirjiet ta’ dniefel, falkuni u pappagalli u nistgħu wkoll nużaw il-faċilitajiet tal-splash & fun.
Il-Hames Jum - IL-ĦADD
Ngħaddu n-nofstanhar ta’ filgħodu b’eskursjoni (optional) għas-suq popolari f’Tordera, minn fejn nistgħu nixtru ħwejjeġ u ħafna prodotti oħra bi prezzijiet tajbin. (Illum ikollna l-ikla f’nofsinhar minflok iċ-ċena tat-Tnejn.)
Is-Sitt Jum - IT-TNEJN
Wara l-kolazzjon, jum ta’ avventura għal kull età meta mmorru fuq eskursjoni optional għal PortAventura (dħul inkluż), il-famuż park ta’ divertiment fejn ngħaddu jum f’ambjent Mediterranju, tal-Far West, Messikan, Ċiniż u Polynesian. Nitilgħu fuq il-fun rides u naraw diversi shows. Tluq minn PortAventura jkun fis7.00pm.
Is-Seba Jum - IT-TLIETA
Għal-lum nissuġġerixxu li tingħaqdu mat-tour leader għal eskursjoni optional f’Barċellona u Mataro. L-ewwel waqfa tkun f’Barċellona fejn hemmhekk nistgħu nżuru ż-żoo famuż ta’ Barċellona (dħul extra), jew inkella nqattgħu l-ħin fir-Ramblas u Plaza Catalunya, iż-żona l-aktar popolari tal-belt. Wara nofsinhar naqbdu triqitna lejn Mataro Park Shopping Centre f’Mataro, post ideali għax-xiri.
It-Tmien Jum - L-ERBGĦA
Wara l-kolazzjon, ikollna t-trasferiment għall ajruport ta’ Barċellona minn fejn b’titjira diretta tal-Vueling nitilqu għal Malta fis-1.15pm, u naslu fit-3.25pm.
X'JINKLUDI L-PREZZ
* Prezz speċjali japplika meta jittieħdu l-eskursjonijiet kollha u l-half board
Inkluz fil-prezz
Titjira diretta bir-ritorn mal-Vueling Malta/Barċellona/Malta li tinkludi 10kg u 20kg checked-in luggage
7 iljieli fil-lukanda Gran Hotel Don Juan Resort 4-stilel jew simili
Kmamar bis-servizzi privati, arja kkundizzjonata & TV
7 kolazzjonijiet buffet
Trasferimenti ajruport/lukanda/ajruport
Servizz ta’ tour leader
It-taxxi tal-ajruport u s-service charge
Insolvency fund
MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ
Is-City Tax ta’ €1.00 kull persuna kull lejl titħallas direttament fil-lukanda
Akwarjum ta’ Barċellona
Marineland Aqua Park
Żoo ta’ Barċellona Kbar
KBAR: TFAL
€24 €17
€27 €18
€22 €13








