133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com

133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com


BRATISLAVA.....Speċjali Erbgħa Pajjiżi
24 ta’ Ġunju – 1 ta’ Lulju
Inżuru: Vienna, Bratislava, Budapest, Cerveny Kamen Castle, Einstedt,
Parndorf Shopping Village u Seegrotte
It-Tnejn 24 ta’ Ġunju:
Niltaqgħu mat- tour leader fil- 05.00 għal check-in għat-titjira tagħna ma’ l- Airmalta lejn Vienna li titlaq fis- 07.15. Mal-wasla tagħna coach privata teħodna l-lukanda li tinsab fi Slovakia, pero qabel nieqfu ftit quddiem Vienna’s Schonbrunn Palace. Dan il-palazz rikk tas-Sajf huwa illum sit tal- UNESCO World Heritage u jipprovdi post għal rekrejazzjoni popolari kemm għall-populazzjoni Vjenniża kif ukoll joffri interess storiku u kulturali għal viżitaturi internazzjonali. Għandek l-opportunita li tagħżel wieħed mill-ħafna tours tal-palazz (extra), jew tgawdi mill-ġmiel li joffri dan il-kumpless ta’ ġnien. Aktar tard erġa ingħaqad mal-grupp għat-trasferiment lejn il-lukanda għal check in u allokazzjoni ta’ kmamar. Pranzu (optional) u lejl.
It-Tlieta 25t a’ Ġunju:
Wara il-kolazzjon buffet, ingħaqad mat- tour leader għal eskursjoni fi Bratislava: il-belt li se tkun id-dar tagħkom għal dawn il-ġranet li ġejjin. Minħabba il-pożizzjoni tagħha fil-fruntiera ma’ l-Ungerija u Awstrija, Bratislava kienet mill- 11 il-seklu belt ta’ kummerċ importanti u għal ftit żmien ukoll serviet bħala il-kapitali tal-Ungerija. Flimkien ma’ gwida bil-lingwa Ingliża, iżżuru iċ-ċentru storiku tal-belt għal mixja ta’ familjarizzazzjoni wara liema immorru il-kastell ta’ Bratislava, (dħul extra) direttament il-fuq mix-xmara Danube fin-nofs ta’ Bratislava. Wara immorru l-UFO Bridge u il-pjattaforma li minn fuqha għandek opportunita ta’ fotografija fantastika. Matul il-ħin liberu tkunu tistgħu tmorru fix-shopping complex Eurovea jew Aupark għal xi bargains tajbin qabel ma tirritornaw fil-lukanda għall-pranzu (optional) u lejl.
L-Erbgħa 26 ta’ Ġunju:
Wara il-kolazzjon, ser immorru eskursjoni meraviljuża ta’ ġurnata sħiħa fil-belt kapitali tal-Ungerija: Budapest. Magħrufa bħala ‘il-Perla tad- Danube’, il-belt bl-akbar populazzjoni hija maqsuma mix-Xmara Danube u il-pont tad- 19 il-seklu Chain Bridge li tgħaqqad id-distrett ta’ għoljiet Buda ma’ Pest li hija ċatta. Bl-assistenza tal-gwida bl-Ingliż ser ikollkom l-opportunita li żżuru diversi postijiet ta’ interess bħal Royal Castle (dħul extra), li jinsab fuq Castle hill, il- Fisherman’s bastions u il-knisa ta’ St. Matyas. Budapest għandha xi ħaġa għal kulħadd u huwa diffiċli li tesploraha f’ġurnata. Ħin biżżejjed għal kulħadd għax-shopping u ħin ta’ rekrejazzjoni personali. Wara lura lejn il-lukanda għal-pranzu (optional) u lejl.
Il-Ħamis 27 ta’ Ġunju:
Sikurament illum ma tridx titlef l-eskursjoni fis- Small Carpathian Wine Route. Din ir-rotta tal-inbid tgħaddik minn diversi bliet u rħula żgħar pittoreski fir-reġjun muntanjuż tal- Carpathian Mountains bejn Bratislava u Trnava. Il-ġurnata tibda billi iżżuru workshop taċ-ċeramika, fejn il-produzzjoni taċ-ċeramika maħduma bl-idejn magħrufa bħala il- Majolica ceramics fejn din għadha issir fil-mod tradizzjonali sal-lum. Tard filgħodu inkomplu lejn Cerveny Kamen Castle tat-13 il-seklu. Dan il-kastell huwa magħruf ukoll bħala ir- Red Stone castle u huwa wieħed mill-isbaħ u l-aktar preservat ta’ Slovakkja bl-akbar kantini tal-inbid fl-Ewropa Ċentrali. Tistgħu tmorru wine tasting fil-kantini (inkluż), qabel il- lunch fl-istess kantina. Lura l-lukanda għall-pranzu (optional) u lejl.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju:
Illum għandna għalikom eskursjoni oħra ta’ ġurnata sħiħa spettakolari fir-reġjun ta’ Burgenland fl-Awstrija tal-lvant. Flimkien mat-tour leader iżżuru Einstadt, il-kapitali provinċjali ta’ dan ir-reġjun Awstrijak. Nimxu minn ġol-belt fejn tkunu tistgħu iżżuru iċ-Church of Calvary li fiha il-qabar tal-famuż kompożitur, Hayden. Wara immorru ġewwa villaġġ ta’ shopping il- Parndrof Fashion Outlet village għal xirja xirjun, qabel ma mmorru lura fil-lukanda għall-pranzu (optional) u lejl.
Is-Sibt 29 ta’ Ġunju:
Illum ser iżżuru pajjiż ieħor: eskursjoni fi Brno fir-Repubblika Ċeka. Nibdew billi insuqu lejn Mikulov, belt fuq fruntiera bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Awstria. Mikulov hija waħda mill-isbaħ bliet fost l-ibliet tal-inbid Moravjani, mdawwra b’għoljiet bojod u mżejjma b’chateau tar-Rinaxximent fuq l-għolja viżibbli minn kullimkien. Gawdu il-ħin tagħkom f’dan il-madwar ħafna drabi msejjħa ‘biċċa mill-Italja trasportata f’Moravia bl-id Alla’. Imbagħad inkomplu għat-tieni l-akbar belt fir-Republika Ċeka li nbdiet xi 1000 sena ilu u illum tirrapreżenta belt moderna pero storika f’ambjen naturali sabiħ. Lura lejn il-lukanda għall-pranzu (optional) u lejl.
Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju:
Wara il-kolazzjon illum nħeġġukom tingħaqdu mat- tour leader għal eskursjoni ta’ ġurnata sħiħa fi Vienna. Din il-kapitali ta’ kultura, politika u ekonomija hija waħda mill-bliet l-aktar popolari fid-dinja b’miljuni ta’ viżitaturi kull sena. Tieħdu pjaċir f’din il-belt meraviljuża fejn tistgħu tammiraw il-passat u il-preżent tagħha imam mhux qabel żjara lil-mina antika tal-ġipsum – is- Seegrotte (dħul inkluż). Din il-mina storika u ġiganteska taħt l-art kienet matul it-Tieni Gwerra Dinjija tintuża għal manifattura tal-ajruplani tad- 3rd Reich. Wara ingawdu l-aħħar ftit siegħat ta’ din il-vaganza meravilljuża fi Prater, l-eqdem park ta’ divertiment fl-Ewropa (dħul b’xejn – rides bi ħlas extra), qabel ma nirritornaw lura fil-lukanda għall-pranzu (optional) u lejl.
It-Tnejn 1 ta’ Lulju:
Wara il-kolazzjon u checkout, il-coach tittrasferina fl-ajruport ta’ Vienna għat-titjira lura lejn Malta li titlaq fil- 10.40.
Prezz kull persuna: *Speċjali Normali
Triple
Twin
Single
Child
(taħt it-12 il-sena ma’ 2 Adulti)
*Nota: Prezz Speċjali huwa validu biss meta jittieħdu il-pakkett ta’ Eskursjonijiet u Half Board.
Prezz jinkludi:
Titjiriet diretti bir-ritorn mal- Air Malta għal Vienna
10 Kgs Hand Luggage
23 Kgs Checked In Luggage
Trasferimenti kollha
7 t’Iljieli fil-lukanda 4* Lindner Hotel Gallery Central (jew simili) f’Bratislava fuq bażi Bed & Breakfast
Tour Leader
City Tax
Protezzjoni mill-Fond ta’ Insolvenza
Eskursjonijiet Optional: Kbar Tfal
Bratislava
Budapest
Cerveny Kamen Castle u Wine Route
Dħul, lunch u wine tasting inklużi
Einstedt & Parndrof Shopping Village
Brno & Mikulov
Seegrotte & Vienna - Dħul inkluż
Rata għall-Eskursjonijiet kollha
Half Board (7 x 3 course dinner – drinks esklużi)
Adulti & u Tfal €144 €144

€679 €779
€719 €819
€999 €1099
€459 €509
€25 €19
€49 €39
€99 €89
€35 €25
€49 €39
€49 €39
€281 €231

