









Il-Programm tas-SAJF 2020 JOROG FIL-8 TA' MARZU 2020
​
L-aħħar tas-sena f’Bucharest
BUCHAREST..........il-post fejn twieled il-Konti Drakula
​
Inzuru:
Bucharest, Brasov, Sinaia, Bran u postijiet oħra.
​28 ta’ Diċembru 2019 – 3 ta’ Jannar 2020
Għall-prezz eċċezzjonali li jibda minn €380 kull persuna f’kamra bi tnejn
li jinkludi l-flightS / transfers u lukanda 4 star tal-għażla tagħkom fuq bażi B&B.
​​
PULLMAN BUCHAREST WORLD TRADE CENTER 4 ****
€380 kull persuna f’kamra bi tnejn kbar li jinkludi l-flight/transfers u Lukanda BB.
L-ewwel żewġt itfal taħt it-12-il sena b’xejn.
Checkin kmieni fl-10.30am. / Checkout tard fit-3.00pm.
https://www.accorhotels.com/gb/hotel-1714-pullman-bucharest-world-trade-center/index.shtmladults=&children=&nights=&dateIn=
Pullman Bucharest hija lukanda lussuża ħafna u qiegħda 5.4km bogħod miċ-ċentru ta’ Bucharest. Postijiet ta’ interess jinkludu r-ROMEXPO, RomExpo u l-Village Museum, Bucharest Baneasa Station , Arcul de Triumf u Herastrau Park.
​
​
MERCURE UNIRII 4 **** fic Centru
€435 kull persuna f’kamra bi tnejn kbar li jinkludi l-flight/transfers u Lukanda BB.
L-ewwel tifel/tifla taħt it-12-il sena b’xejn.
https://www.accorhotels.com/gb/hotel-1714-pullman-bucharest-world-trade-center/index.shtml?adults=&children=&nights=&dateIn=
Din il-lukanda tinsab fiċ-ċentru tal-belt b’numru ta’ shopping areas u attrazzjonijiet turistiċi jintlaħqu bil-mixi fosthom l-?Old Town. Din il-lukanda, li fiha 12-il sular u 97 kamra, ġiet rinnovata tliet snin ilu.
NOVOTEL HOTEL BUCHAREST CITY CENTRE 4****
€454 kull persuna f’kamra bi tnejn kbar li jinkludi l-flight/transfers u Lukanda BB.
l-ewwel żewġt itfal taħt it-12-il sena b’xejn
https://www.accorhotels.com/gb/hotel-5558-novotel-bucharest-city-centre/index.shtml?adults=&children=&nights=&dateIn=
Bla dubju din il-lukanda hija favorita ma’ ħafna Maltin li jżuru Bucharest. Mhux biss tinsab fiċ-ċentru tal-belt imma hi wkoll popolari għall-istil uniku ta’ taħlita ta’ arkitettura klassika u moderna li ġiet disinjata din il-lukanda.
________________________________________________
Ir-Rumanija toffri għażla kbira ta’ attrazzjonijiet turistiċi u esperjenzi uniċi fiċ-ċentru tal-Ewropa tal-Lvant: bliet medjevali fit-Transilvanja, il-famużi monasteri mpinġija ta’ Bukovina, villaġġi tradizzjonali fil-Marmures, l-arkitettura impressjonanti ta’ Bukarest, id-delta romantika tax-xmara Danubju, kastelli tal-ħrejjef tat-tfulija, il-bajjiet fuq il-Baħar l-Iswed, kif ukoll xenarju mill-isbaħ bil-muntanji Carpathian minn tarf sa ieħor tal-pajjiż. Fix-Xlokk tal-Ewropa, imdawra mill-Bulgarija, is-Serbja, l-Ungerija, il-Moldova, l-Ukrajna u l-Baħar l-Iswed, ir-Rumanija hija magħrufa wkoll bħala l-post fejn twieled il-Konti Drakula u l-kastell verament sabiħ li għadu miftuħ bħala attrazzjoni speċjali għat-turisti.
Bucharest tinsab biswit ix-xmara Dambovita u fiha diversi għadajjar kbar mill-isbaħ u ħafna ġonna u parks meraviljużi. Bucharest saret il-belt kapitali tar-Rumanija fl-1861 u minħabba l-arkitettura stravaganti tagħha u l-kultura kosmopolitana tagħha ġiet imlaqqma ‘Pariġi ż-Żgħira’.
Waqt il-ħakma tad-dittatur Nicolae Caucescu mill-1965 sal-1989, ħafna mill-bini storiku ġie mġarraf u minfloku nbena għadd ta’ bini bi stil komunista, b’mod speċjali l-appartamenti għoljin li jinsabu fil-belt. Eżempju klassiku ta’ dan huwa ċ-ċentru ċiviku li jinkludi fih il-Palazz tal-Parlament. Ir-rivoluzzjoni tar-Rumanija bdiet f’Diċembru tal-1989 f’Timisoara u kompliet f’Bucharest fejn wasslet għall-waqgħa tar-reġim komunista u l-qtil ta’ Caucescu u martu. Wara s-sena 2000, l-ekonomija tal-pajjiż bdiet tikber u Bucharest illum saret belt moderna u tassew sabiħa li ta’ min wieħed iżurha u jammiraha.
PROGRAMM
Is-Sibt 28 ta’ Dicembru 2019. Tluq minn Malta u wasla f’BUCHAREST.
Niltaqgħu mat-Tour Leader fl-00.30am għaċ-check-u nħallu Malta bl-Air Malta KM7529 fis-02.40am – Naslu Otopeni, Bucharest fil-05.50am. Bil-coach immorru fil-lukanda tal-għażla tagħkom. Check in tal-Lukandi Novotel u Mercure Unirii fis-2.00pm u fil-Lukanda Pullman fl-10.30am.
10.00am Eskursjoni optional – Sightseeing tal-belt ta’ BUCHAREST:
Illum inżuru diversi postijiet prominenti fil-belt ta’ Bucharest. Nibdew billi mal-gwida mmorru dawra ta’ madwar siegħa u nofs mal-belt fejn naraw l-iktar postijiet importanti u storiċi tal-belt fosthom il-Palazz tal-Parlament (minn barra) – li kien mibni mid-dittatur Nicolae Caucescu. Inżuru wkoll l-Old Town. Gwida tal-lokal. Nofstanhar.
​
Il-Ħadd 29 ta’ DiÄ‹embru 2019. Eskursjoni optional – Sinaia - Ä miel in-Natura:
Wara l-kolazzjon illum immorru nżuru l-Muntanji Carpathian. Inżuru l-Palazz Peles li hu palazz medjevali meraviljuż mibni f’nofs ambjent idilliku, u l-monasteru famuż ta’ Sinaia li fih jgħixu tlettax-il Patri Nisrani Ortodoss. Ikollna ħin biex wieħed ikun jista’ jixtri xi souvenirs. Inżuru wkoll iÄ‹-Ä‹entru tal-hekk imsejħa Pearl of the Carpathians fejn ingawdu veduti mill-isbaħ tal-muntanji. Min irid (optional) ikun jista’ jieħu l-cable car u jitla’ f’altitudni ta’ 2000 metru u jgawdi xeni tassew spettakulari. (Il-cable car extra u jiswa madwar 10 ewro kull persuna). Min irid jista’ jiekol hemmhekk (extra u jiswa madwar 15-il ewro kull persuna). Gwida tal-lokal u entraturi inklużi fil-prezz. Ä urnata.
​
It-Tnejn 30 ta’ Dicembru 2019. Bran - Brasov - Fuq il-passi ta’ Drakula:
F’din l-eskursjoni nżuru l-Bran Castle li ta’ spiss jissejjaħ ‘Il-Kastell ta’ Drakula’ fejn jingħad li fih kien joqgħod Drakula (għalkemm dan huwa biss wieħed mill-ħafna postijiet marbuta mal-leġġenda ta’ Drakula). Illum dan il-kastell huwa mużew miftuħ għat-turisti u fih hemm kollezzjoni mill-isbaħ ta’ għamara u ta’ arti tar-reÄ¡ina Marie. Ä ojjell li ħadd ma għandu jfalli milli jara. Imbagħad inkomplu bl-eskursjoni tagħna billi nżuru Brasov fejn naraw il-Knisja s-Sewda minn barra, li huwa l-katidral ewlieni ta’ Brasov. Dan inbena fl-1384 mill-komunitÃ Ä ermaniża li kienet tgħix fil-belt u huwa l-monument ewlieni bi stil gotiku tal-pajjiż. Fi Brasov imbagħad inżuru Triq ir-Repubblika fejn hemm iÄ‹-Ä‹entru tax-shopping ta’ Brasov. Gwida tal-lokal u entraturi inklużi fil-prezz. Ä urnata.
It-Tlieta 31 ta’ Dicembru 2019. PRIMAVERII – MONASTERU TIGANESTI… Id-Dar ta’ Ceaucescu.
Wara li kien magħluq għal aktar minn 27 sena wara r-Rivoluzzjoni tal-1989 fejn 1,142 persuna kienu maqtula u 3,138 oħra kienu feruti, ikollna l-opportunità li nżuru d-dar tal-aħħar dittatur Rumen. Hemmhekk inkunu nistgħu naraw il-kmamar lussużi, kmamar tal-banju b’deheb banjat kif ukoll ħwejjeġ personali ta’ Nicolae Ceausescu u ta’ martu Elena kollha preservati tajjeb ġewwa villa li tiswa aktar minn 25 miljun ewro. Jekk ma tridux titilfu s-sensazzjoni ta’ dik l-era tonqsux li żżuruh.
Il-Monasteru Tiganesti huwa famuż għall-workshops tiegħu li fihom jiġu manifatturati ħwejjeġ saċerdotali u rakmu. Fil-workshops ta’ dan il-monasteru, is-sorijiet iħitu materjal bl-idejn għall-ħwejjeġ saċerdotali, pjanta tal-ħarir bi ħjut tad-deheb u tal-fidda. F’dawn il-workshops kien isir rakkmu għal Maura Hall mill-Kastell ta’ Peles ġewwa Sinaia.
Gwida tal-lokal u entraturi inkluzi fil-prezz. Nofstanhar.
​L-Erbgħa 1 ta’ Jannar 2020. SHOPPING DAY
Afi Palace Cotroceni , wieħed mill-akbar shopping centres li hemm f’Bucharest fejn wieħed, tista tgħid, jista’ jsib minn kollox.
Il-Ħamis 2 ta’ Jannar 2020. Eskursjoni ta’ Manastirea Curtea de Arges – Spjegazzjoni aktar L-isfel.
Eskursjoni ta’ Manastirea Curtea de Arges – Spjegazzjoni aktar L-isfel.
*Dawk li jkunu qegħdin fil-lukandi NOVOTEL jew MERCURE UNIRII iridu joħorġu mill-kamra f’12.00pm (nofsinhar), il-bagalji jiddepożitawhom f’kamra apposta fil-lukanda.
**Dawk li qegħdin fil-Lukanda Pullman joħorġu mill-kamra fit-3.00pm.
***Dawk li se jiehdu din l-Eskursjoni ihallu l-kmamar filghodu qabel ma jitilqu ghal- l-Eskursjoni. ****L-eskursjoni titlaq fit-8.30am u tasal lura għal-habta tas-7.00pm.
Fl-10.00pm inħallu l-lukanda għall-Ajruport ta’ Bucharest fejn nagħmlu ċ-check-in.
​Il-Ä imgħa 3 ta’ Jannar 2020
Nitilqu minn Bucharest bit-titjira tal-Air Malta KM7528. Tluq minn Otopeni fis-01.30am – ritorn Malta fis-02.40am.
PULLMAN BUCHAREST WORLD TRADE CENTER 4 ****
PREZZIJIET: kull persuna.
Kamra ta’ 2:
Kamra ta’ 3:
Kamra ta’ 1:
L-ewwel tifel/tifla
It-tieni tifel/tifla
​
MERCURE UNIRII 4**** (fiċ-ċentru)
PREZZIJIET: kull persuna.
Kamra ta’ 2:
Kamra ta’ 1:
L-ewwel tifel/tifla
NB: F’din il-lukanda kmamar bi 3 kbar ma hemmx, it-tielet persuna trid tkun taħt it-12-il sena u tiġi b’xejn.
​
NOVOTEL HOTEL BUCHAREST CITY CENTRE 4****
PREZZIJIET: kull persuna.
Kamra ta’ 2:
Kamra ta’ 3:
Kamra ta’ 1:
L-ewwel tifel/tifla
It-tieni tifel/tifla
X’JINKLUDI L-PREZZ
*Titjiriet diretti bl-Air Malta, Malta / Otopeni / Malta
*7 ljieli fl-Lukanda 4*** tal-għażla tagħkom
*Breakfast kuljum
*Kmamar kollha b’faċilitajiet privati
*Transfers Airport / Hotel / Airport
*Servizz ta’ Tour Leader Malti u Gwida tal-Post
*Taxxi Kollha
MHUX INKLUŻI FIL-PREZZ
Travel Insurance (Rakkomandata) Kbar Tfal
€29 €13
ESKURSJONIJIET:
Bucharest City Tour:
Sinaia
Bran – Brasov
Afi Palace Cotroceni Mall
Tiganesti Monastery
Arges
TOTAL ESKURSJONIJIET
NB: Ikla tal-aħħar tas-sena – dettalji fi ftit ġranet oħra
​
***Manastirea Curtea de Arges – Traditional lunch f’Valea cu Pesti Hotel – Vidraru Dam.
Il-Monasteru Curtea de Arges huwa wieħed mill-aktar monastery famużi fir-Rumanija u attrazzjoni li m’għandhiex tintilef jekk inti tixtieq tiskopri siti reliġjużi antiki minn sekli twal. Hija il-knisja monumentali
u l-istil arkitettwali uniku tagħha li tagħmel dan il-monasteru wieħed mill-akar monasteri rappreżentattivi fir-Rumanija, pajjiż li għandu mijiet ta’ monumenti reliġjużi ta’ żmien venerabbli.
Fil- Valea cu Pesti Hotel, ikollna kolazzjon tradizzjonali. Din il-lukanda ta’ 4 stars tinsab f’ lok eċċezjonali, b’veduta sabiħa fuq il- Vidraru Lake u Fagaras Mountains. Tinsab f’landscape sabiħa fuq il- border ta’Vidraru Lake, 7 km biss il-bogħod mill- Vidraru Dam.
Vidraru Dam kien tlesta fl- 1966 fuq ix-xmara Argeş u joħloq Lake Vidraru. Dan l- arch dam kien inbena bl-iskop ewlieni għal produzzjoni ta’ hydroelectricity. Allokat bejn il-Muntanji Frunţii u il-muntanji Ghiţu, il-lag jiġbor ix-xmajjar Capra, Buda u xi xmajjar
​
​
​
​








