133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com

133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com









Bucharest
Parliament Hotel 4****
Tefa’ ta’ ġebla biss mill-Palazz tal- Parlament li jgawdi l-ewwel pożizzjoni
fil-Guinness World Records għall-akbar bini amministrattiv (għall-użu ċivili)
u it-tielet post fid-dinja mill-punt ta’ vista ta’ volum, il-lukanda tinsab ukoll
f’distanza bil-mixi mill-Belt Qadima ta’ Bucharest. Mibnija oriġinarjament
fl-1999 bħala boutique hotel b’għoxrin kamra biss, illum din il-lukanda toffri
74 kamra spazjużi li bla dubju huma iddisinjati għall-komfort tal-mistednin
tagħna.
PROGRAMM
L-Erbgħa 06 ta’ Settembru 2023. Tluq minn Malta
Niltaqgħu l-Ajruport fid-9.00pm għac-checkin fejn it-titjira diretta bil-linja ta
l-ajru Tarom li titlaq fil-11.30pm
Il-Hamis 7 ta’ Settembru 2023 - Eskursjoni optional - Sightseeing tal-belt ta’ Bucharest.
Naslu fil-Lukanda fis-02.30am, niehdu l-kmamar u hin ta mistrieh. Illum ikollna
l-Kolazzjon. Fis-1.00pm bil-coach ikollna l-ewwel eskursjoni tal-programm billi
nżuru diversi postijiet prominenti fil-belt ta’ Bucharest. Nibdew billi mal-gwida
mmorru dawra mal-belt fejn naraw l-iktar postijiet importanti u storiċi tal-belt
fosthom il-Palazz tal-Parlament (minn barra) – li kien mibni mid-dittatur Nicolae
Caucescu. Inżuru Lipscani, jew kif inhi maġhrufa l-Old Town, Belt mimlija hajja
b’restauranti, Bars, Clubs u kull haga li tohloq divertiment - Gwida tal-lokal
Il-Gimġħa 8 ta' Settembru 2023. Eskursjoni optional–Bran/Brasov - Fuq il-passi ta’ Drakula:
Kolazzjon u wara eskursjoni ohra billi nżuru l-Bran Castle li ta’ spiss jissejjah ‘
Il-Kastell ta’ Drakula’ fejn jinghad li fih kien joqgħod Drakula (ghalkemm dan
huwa biss wiehed mill-hafna postijiet marbuta mal-leġġenda ta’ Drakula). Illum
dan il-kastell huwa mużew miftuh ghat-turisti u fih hemm kollezzjoni mill-isbah
ta’ għamara u ta’ arti tar-reġina Marie. Ġojjell li hadd ma ghandu jfalli milli jara.
Imbaghad inkomplu bl-eskursjoni taghna billi nżuru Brasov fejn naraw il-knisja
s-Sewda minn barra, li huwa l-katidral ewlieni ta’ Brasov. Dan inbena fl-1384
mill-komunità Ġermaniża li kienet tghix fil-belt u huwa l-monument ewlieni bi stil
gotiku tal-pajjiż. Fi Brasov imbaghad inżuru Triq ir-Repubblika fejn hemm iċ-ċentru
għax-shopping ta’ Brasov. Gwida tal-lokal u entraturi inklużi fil-prezz. Ġurnata - Gwida tal-lokal .
Is-Sibt 9 ta' Settembru 2023.. Eskursjonijiet optional - Primaveri – Tiganesti id-Dar ta’ Ceaucescu:
Wara li kien magħluq ghal aktar minn 27 sena wara r-Rivoluzzjoni tal-1989 fejn 1,142
persuna kienu maqtula u 3,138 ohra kienu feruti, ikollna l-opportunità li nżuru d-dar
tal-ahhar dittatur Rumen. Hemmhekk inkunu nistghu naraw il-kmamar lussużi, kmamar
tal-banju b’deheb banjat kif ukoll hwejjeġ personali ta’ Nicolae Ceausescu u ta’ martu Elena
kollha preservati tajjeb ġewwa villa li tiswa aktar minn 25 miljun ewro. Jekk ma
tridux titilfu s-sensazzjoni ta’ dik l-era tonqsux li żżuruh. Il-Monasteru Tiganesti
huwa famuż ghall-workshops tieghu li fihom jiġu manifatturati hwejjeġ saċerdotali
u rakmu. Fil-workshops ta’ dan il-monasteru, is-sorijiet ihitu materjal bl-idejn ghall-
hwejjeġ saċerdotali, pjanta tal-harir bi hjut tad-deheb u tal-fidda. F’dawn
il-workshops kien isir rakkmu ghal Maura Hall mill-Kastell ta’ Peles ġewwa Sinaia.
Gwida tal-lokal u entraturi inkluzi fil-prezz. Nofstanhar. - Gwida tal-lokal
Il-post fejn twieled il-Konti Drakula
Inżuru: Bucharest, Brasov, Sinaia, Bran u postijiet oħra.
6-13 ta’ Settembru 2023
13-20 ta' Settembru 2023
*7 t'iljieli fil-Lukanda 4**** Parliament Hotel
*Hand luggage 10kg/ person
*Check-in luggage 20kg/ person
*Lunch Sinaia u Bran
Il-Hadd 10 ta’ Settembru 2023. Eskursjoni optional – Sinaia - Gmiel in-Natura:
Wara l-kolazzjon illum immorru nżuru l-Muntanji Carpathian. Inżuru l-Palazz Peles li hu palazz medjevali meraviljuż mibni f’nofs ambjent idilliku, u l-monasteru famuż ta’ Sinaia li fih jghixu tlettax-il Patri Nisrani Ortodoss. Ikollna hin biex wiehed ikun jista’ jixtri xi souvenirs. Inżuru wkoll iċ-ċentru tal-hekk imsejha Pearl of the Carpathians fejn ingawdu veduti mill-isbah tal-muntanji. Min irid (optional) ikun jista’ jiehu l-cable car u jitla’ f’altitudni ta’ 2000 metru u jgawdi xeni tassew spettakulari. (Il-cable car extra u jiswa madwar 10 ewro kull persuna). Gwida tal-lokal u entraturi inklużi fil-prezz. Ġurnata.
It-Tnejn 11 ta’ Settembru 2023. Eskursjoni optional - Therme:
Fit-3.00pm bil-coach inzuru Terme li huwa post ta' divertiment uniku f’ambjent mill-isbah fejn wiehed ikun jista anke jghum, anzi importanti li wiehed jghum biex jesperjernza s-sensazzjoni meta tghum fil-kesha u thoss il klima tajba………esperjenza unika f’ambjent uniku!!!!!! .tinsewx il-malja. Il-Prezz tad-dhul mhux inkluz fil-prezz ta' l-eskursjoni.
It-Tlieta 12 ta’ Settembru 2023. Gurnata libera
Wara l-kolazzjon illum hija gurnata libera fejn wiehed jista jara u jgawdi l-Belt ta' Bucharest.
L-Erbgħa 13 ta’ Settembru 2023. L-ahhar eskursjoni optional - BANEASA SHOPPING CITY
Fil-għodu wara l-kolazzjon fid-9.30am ngħamlu ftit shopping tajjeb f’wiehed mill-aktar shopping centres moderni li hemm f’Bucharest.....Baneasa Shopping City. Ic-checkout ikun fil-11.00am għalhekk il-bagalji nohorguhom mill-kamra qabel ma mmorru għas-shopping u nhalluhom f'post sigur f'kamra apposta fil Lukanda.
Fil-5.00pm inhallu l-lukanda ghall-Ajruport ta’ Bucharest fejn nagħmlu c-check-in ghat-titjira lura Malta li tilaq fid-9.10pm u nkunu mistennija nirritornaw Malta f' 00.15. tal-Hamis
X’JINKLUDI L-PREZZ
*Titjiriet diretti bit-Tarom Airways Malta, Malta / Otopeni / Malta
*7 ljieli fl-Lukanda 4**** Parlament HOTEL
*Breakfast kuljum
*Zewg bagalji ta' 10 u 20 kgs kull persuna
*Kmamar kollha b’faċilitajiet privati
*Transfers Airport / Hotel / Airport
*Insolvency Funds
*Servizz ta’ Tour Leader Malti u Gwida tal-Post
*Taxxi ta' l-Ajruport.
MHUX INKLUDI FilL-PREZZ
*Insurance
*Taxxa tal-kamra tal-Lukanda li tithallas hemm
