

Praga......Kif ukoll ftit Ġermanja
Grupp 1 3 - 10 ta’ Lulju
Grupp 2 10 - 17 ta’ Lulju
Grupp 3 31 ta’ Lulju - 7 ta’ Awissu
Grupp 4 7- 14 ta’ Awissu
Grupp 5 14 - 21 ta’ Awissu
**Grupp 6 28 ta’ Awissu – 4 ta’ Settembru
Grupp 7 11 - 18 ta’ Settembru
Inzuru:
Prague, Kutna Hora, Dresden, Cesky Krumlov, Terezin Concentration Camp, Karlovy Vary u Konopiste Castle
L-Erbgħa
Niltaqgħu l-ajruport fis- 5.50am għat-titjira tagħna ma’ l- Air Malta li titlaq fit- 7.50am u tasal Prague fl-10.20am. Niġu trasferuti għall-lukanda tagħna 4 star Hotel fi Praga. Niltaqgħu mat- tour leader għal eskursjoni optional ta’ nofs ta’ nhar – tour tal-belt tas-sabiħa Praga. Sejrin naraw postijiet interessanti bħal il- Castle, il-kattidral sabiħ - Cathedral of St Vitus u nimxu matul il-pont Charles’ Bridge – famuż għat-30 statwa tiegħu. Filgħaxija wieħed jista’ jippassiġġa fil-pjazzez Old Time Square u Wenceslas Square.
Il-Ħamis
Illum ser immorru għal eskursjoni optional ta’ nofs ta’ nhar f’ Kutna Hora. Hija waħda mit- 12 il-postijiet fir-Repubblika Ċeka fil-lista tal- UNESCO’s world heritage, imma li hija l-aktar famuża għal-knisja tal-għadam; kappella ta’ ċimiterju iddekorata bl-għadam ta’ l-fuq minn 40,000 persuni. Iċ-ċentru storiku ta’ Kutna Hora huwa wieħed mill-isbaħ tal-pajjiż u il-kattidral gotiku ta’ Santa Barbara huwa l-aktar spettakolari tal-pajjiż. Lura fi Praga, wieħed jista’ joqgħod jippassiġġa fit-toroq medjevali mimlija b’kull tip ta’ ħanut jew inkella wieħed jista’ joqgħod rilassat f’waħda mid-diversi pjazzez għal snack lokali jew tazza ta’ birra Ċeka.
Il-Ġimgħa
L-eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa teħodna ġewwa Dresdem fil-Ġermanja, fejn teżori ta’ arti, arkitettura u landscapes sbieħ jitħalltu sabiex jiffurmaw belt tassew affaxxinanti. Naraw l-attrazzjonijiet prinċipali bħal is- Semper Opera House u il- Frauenkirche Lutheran church fost oħrajn. Wara dan ikollna ħin għal xiri u sightseeing personali.
Is-Sibt
L-eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa teħodna fin-nofsinhar ta’ Bohemia, Cesky Krumlov, l-isbaħ belt storika tar-reġjun Bohemjan. Fi triqitna lejn din il-belt ser ngħaddu minn villaġġi u xenarju tassew sbieħ. F’ Cesky Krumlov ser ikollna ħin biex inżuru iċ-ċentru storiku ta’ din il-belt kif ukoll il-kastell (extra) li jiddomina il-belt.
Il-Ħadd
Fl-eskursjoni optional ta’ nofs ta’ nhar illum ser immorru nżuru il-kamp ta’ konċentrament Terezin li jinsab miżmum ġewwa il-ħitan tal-fortizza famuża Theresienstadt. Terezin, oriġinarjament risort ta’ vaganza riservat għan-nobbilta Ċeka, inbidlet f’kamp ta’ konċentrament matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Wara nofs inhar huwa liberu sabiex tgawdu Praga.
It-Tnejn
Dalgħodu sejrin eskursjoni optional ta’ jum sħiħ f’ Karlovy Vary. Ngħaddu minn fost villaġġi żgħar pittoreski u naraw ukoll il- hot spring geysers (12 il-metru għolja) fi triqitna lejn il-Bażilika iddedikata lil Marija Maddalena. Xi ħin liberu sabiex tgawdu il-madwar sabiħ ta’ din il-lokalita sabiħa.
It-Tlieta
Illum sejrin immorru eskursjoni ta’ nofs ta nhar Konopiste Castle (dħul extra), kastell impressjonanti qalb il-kampanja sabiħa Ċeka. Dan il-kastell imur lura sat- 13 il-Seklu. Kien mibni bħala fortifikazzjoni Gotika fl-istil ta’ chateau Franċiża. Fis- 17il- seklu partijiet mill-kastell kienu rimodellati fl-istil tar-Rinaxximent, segwit minn alterazzjonijiet oħra fl-istil Barokk tat-18 il-seklu. Konopiste hija mdawwra b’foresta densa u għaldaqstant il-kaċċa kienet popolari għan-nobilita li kienu jgħixu hemm. Nirritornaw fi Prafa wara nofsinhar fejn inkunu nistgħu ingawdu minn xi ħin liberu.
L-Erbgħa
Naqbdu triqitna lejn l-ajruport ta’ Praga għat-titjira tagħna ma’ l- Air Malta li titlaq fil- 11.10am u tasal Malta fis- 1.40pm.
Prezz kull persuna
GROUP 1-2 GROUP 3-6 Group 7
* SpC. PRC. * SpC. PRC. * SpC. PRC.
Adult fi tripla €533 €433 €563 €463 €583 €483
Adult f’doppja €583 €483 €613 €513 €633 €533
Adult f’singola €843 €743 €873 €773 €893 €793
Tifel/a ma’ 2 adulti. €399 €299 €429 €329 €449 €349
* Prezz speċjali japplika biss meta jittieħdu l-eskursjonijiet kollha
Ikun hemm ħafna ristoranti fil-viċinanza tal-lukanda min fejn wieħed jista’ jagħżel.
Prezz jinkludi
Titjiriet ma’ l-Air Matla: Malta/Praga/Malta
**7 t’iljieli akkomodazzjoni fil-lukanda 4 star central Hotel Crystal Palace fi Prague jew simili **
Kmamar kollha b’servizzi privati
Kolazzjon buffet kuljum
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
Servizzi ta’ tour leader
Taxxi tal-ajruport u service charge
Insolvency Fund
NB: ** Grupp 6 ser joqgħod fil-lukanda 4 Star Downtown Hotel
Eskursjonijiet
ADULT CHILD
Prague City Tour €25 €15
Kutna Hora €45 €23
Dresden €45 €23
Cesky Krumlov €45 €23
Terezin Concentration Camp €45 €33
Karlovy Vary €45 €23
Konopiste Castle €38 €20
** Jekk jogħġbok ħu nota li Grupp 6 ser joqgħod fil-lukanda 4 Star Downtown Hotel
Mhux inkluż fil-prezz
City tax ta’ €0.60 kull persuna kull lejl għandha titħallas direttament fil-lukanda
Kutna Hora – St. Barbara’s Cathedral/Ossuary CZK 120/€6.00 kull persuna /CZK90/€4.00 kull persuna
Konopiste Castle CZK340/€14.00 kbar CZK240/€9.50 tfal
Il-prezzijiet t’hawn fuq jistgħu jitbiddlu


