top of page

Lago di Garda – It-Tramuntana tal-Italja

Inzuru:  Garda, Canevaworld Resort, Sirmione, Parco Natura Viva, Pinzolo, Nardis Waterfalls, Venice,
Riva del Garda, Limone, Malcesine, Gardaland u Verona

Żjara b’xejn f’ Verona

Grupp 1     9 - 16 ta’ Lulju
Grupp 2    16 - 23 ta’ Lulju
Grupp 3    30 ta’ Lulju - 6 ta’ Awissu
Grupp 4    13 - 20 ta’ Awissu
Grupp 5    10 - 17 ta’ Settembru

It-Tlieta
Niltaqgħu l-ajruport fil-11.40am għat-titjira tagħna ma’ l- Air Malta li titlaq fis-1.40pm u tasal fl-ajruport ta’ Venezja fit- 3.25pm. Malli naslu immorru fil-lukanda 3 star Hotel Royal f’Garda fuq Lago di Garda. Ftit wara ikollna mixja ta’ familjarizzazzjoni.


L-Erbgħa
Ser nibdew l-eskursjoni optional tal-lum ta’ ġurnata sħiħa f’Canevaworld Resort. Ngħaddu il-ġurnata ingawdu l-avventuruża Movie World kif ukoll Aqua Paradise. Jekk inti tagħżel Movie World mingħajr l-Aqua Paradise it-trasferiment lura f’ Garda ikun madwar it- 3.00pm u għal kumplament li jridu jibqgħu f’Aqua Paradise transfer ikun madwar is-6.00pm.


Il-Ħamis

Eskursjoni optional oħra ta’ jum sħiħ teħodna f’ Sirmione u Parco Natura Viva. F’Sirmione, “il-Perla ta’ Lake Garda” inkunu nistgħu ingawdu il-kwartier bil-mixi fit-toroq dojoq mimli boutiques, cafes u cake shops. Hemm ukoll 30-minute boat trip (extra) li teħodna madwar il-lag fejn naraw l- ex-Villa ta’ Maria Callas, l-Old Roman Villa, Grotta di Catullo u il-Banjijiet Termali. Wara immorru fil- Parco Natura Viva (extra) – tixbaħ ħafna African Safari....eċċitanti. Minn ġol-coach naraw giraffi, zebras, antelopes kif ukoll iljuni,  hyenas u cheetahs. Bil-mixi immorru inżuru il- Fauna Park li fih hemm annimali mill-ħames kontinenti kollha u l- Extinction Park.


Il-Ġimgħa

L-eskursjoni optional tal-lum teħodna lejn id- Dolomiti, bl-ewwel waqfa tagħna tkun Lago di Tenno. Wara dan immorru f’ Pinzolo, bil-possibilita li naqbdu cable car (extra) għal fuq muntanji tal-madwar. Ħin għall-ikel (extra) f’Pinzolo. Matul din l-eskursjoni ser ngħaddu minn villaġġi pittoreski u muntanji impressjonanti. Fi triqitna lura nagħmlu waqfa qasira biex naraw in- Nardis Waterfalls.


Is-Sibt
Illum l-eskursjoni optional teħodna niex inżuru Venezja l-aktar belt romantika bl- 411 il-pont u 150 kanal. Ser ikollna l-opportunita li noqgħod nammiraw il-landmarks famużi bħall ir- Rialto Bridge, The Doge’s Palace, St Mark’s Square, il-Bażilika ta’ San Mark u il- Grand Canal. Inkunu nistgħu nippassiġġaw mit-toroq dojoq ikoniċi Venezjani u matul il-kanali.


Il-Ħadd
Illum ser immorru għal eskursjoni optional ta’ jum sħiħ f’ Riva del Garda. Hawnhekk ngħaddu ftit ħin inżuru iċ-ċentru tal-belt qabel ma mmorru fuq mini-cruise (extra) f’ Limone. Ikollna ħin biex nippassiġġaw u nagħmlu ftit xiri ta’ souvenirs. Imbagħad naqbdu l-istess boat għal Malcesine, villaġġ ieħor popolari fuq Lago di Garda. Wara l-ikel (extra) immorru inżuru iċ-ċentru antik storiku ta’ Malcesine.


It-Tnejn
Dalgħodu il-coach ser teħodna għal eskursjoni optional sabiex inżuru it- theme park popolari, Gardaland flimkien mas- Sea Life Aquarium. Ġurnata mimlija divertiment b’xows spettakolari tistenniena. It-tranfer ta’ filgħaxija fil-lukanda hija madwar is- 7.00pm. Jekk inti qiegħed half board u tiddedieci li toqgħod sakemm jagħlaq, ikun provdut packed. 

 

It-Tlieta
Illum nagħmlu iċ-check-out u immorru għal żjara qasira fil-belt manjifika, Verona li tinstab fir-reġjun ta’ Veneto. Is-setting tagħha huwa komplimentat minn djar ikkuluriti tipiċi u vilell manjifiċi, sinjal ta’ prosperita antika u grazzjża. Imbagħad naqbdu triqitna lejn l-ajruport ta’ Venezja għat-titjira tagħna mal- Air Malta li titlaq fl- 4.10pm u tasal Malta fis- 6.00pm. 

 

PREZZ KULL PERSUNA:

Kbar f’kamra doppja 
Kbar f’kamra trippla 
Kbar f’kamra singola 
L-ewwel Tifel/a 2-12 yrs
Tieni Tifel/a 2-12  yrs 
Half Board 
* Prezz speċjali japplika biss meta jittieħed l-half board u l-eskursjonijiet kollha

*Tfal iridu jkunu ma 2 kbar f'kamra.

PREZZ JINKLUDI:
Titjiriet ma’l-Air Malta: Malta/Venezja/Malta
7 t’iljiel akkomodazzjoni fil-lukanda 3 star Hotel Royal jew simili
Kmamar kollha bis-servizzi privati
Swimming pool fil-lukanda
Kolazzjon buffet kuljum
Żjara b’xejn f’ Verona
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
Servizzi ta’ tour leader
Taxxi tal-ajruporti u service charge
Insolvency Fund

 

ESKURSJONIJIET:
Canevaworld (ent inkluza)
Sirmione/Parco Natura Viva

** Gardaland/SeaLife Aquarium (ent inkluza)
Dolomites Mountains/Pinzolo 
Venice
Riva del Garda/Limone/Malcesine

TOTAL ESKURSONIJIET
** L-entratura ta' Gardaland u Canevaworld b'xejn ghat-tfal  anqas min Metru.


MHUX INKLUZI FIL-PREZZ:
City tax ta’ €1.00 kull persuna kull lejl (minn 14 il-sena ‘l fuq) għandha titħallas
direttament fil-lukanda
Boat Trip Sirmione €10.00 kbar/€5.00 tfal
Parco Natura Viva €14.50 kbar/ €9.00 +65 sena & 6-12 sena/€6.50 tfal minn 3-5
snin
Pinzolo cable car €13.00 kbar/€10.00 tfal (0-6 b’xejn)
Limone Mini Cruise €13.50 kbar/ € 7.00 tfal
Il-prezzijiet ta hawn fuq jistgħu jitbiddlu

GROUP  1             GROUPS 2-5

Prezz     *Prezz     Prezz     *Prezz

               Specjali                 Specjali

€619      €519         €669       €569
€569      €469         €619       €519
€759      €659         €809       €709
€499      €399         €549       €449
€549      €449         €599       €499
€89        €89           €89         €89

Kbar     Tfal         

€52      €40
€41      €21

€62      €47

€47      €23
€45      €30
€35      €18 

€282    €179  

LAGO DI GARDA1.jpg
  • White Twitter Icon
  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page