top of page
KRAKAW 2.jpg
Kazimierz pOLAND 3.jpg
, Kalwaria Zebrydowska POLAND 1.jpg
Kalwaria Zebrydowska POLAND 2.jpg

Polonja Unika
3 - 10 ta' Awissu 2019

 

Inżuru: Krakow, Kazimierz, Zakopane, Lagiewniki,

 

Is-Sibt 3 ta’ Awissu:

Niltaqgħu mat-tour leader fl-04.30 fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta għal check-in tat-titjira diretta li titlaq fis- 06.30. Mal-wasla, il-coach privata tagħkom teħodna fil-villaġġ ta’ xiri Krakow’s Factory fejn tistgħu tixtru għal qalbkom. Dan il-mall ta’ shopping fih  120 brand barranin u domestiċi u il-prodotti jinbiegħu b’roħs ta’ 30-70% irħas mill-istess prodotti mibjugħin postijiet oħra. Wara immorru fil-lukanda li hija ċentrali għal check-in u tqassim ta’ kmamar.

 

Il-Ħadd 4 ta’ Awissu:

Wara il-kolazzjon illum ninkuraġġukom tingħaqdu mat- tour leader għal eskursjoni ta’ jum sħiħ fil-belt sabiħa ta’ Krakow. Nibdew l-eskursjoni billi inżuru id-distrett ta’ Kazimierz flimkien mal-gwida bl-Ingliż. Dan il-kwartier li darba kien tal-Lhud bis-Sinagoga (dħul inkluż) jirrifletti it-traġedja li din il-belt kellha tgħaddi minnha matul l- 20 seklu. Wara dan immorru fl-ikbar pjazza ta’ suq tal-Ewropa fiċ-ċentru tal-belt il-qadima ta’ Krakow. Intilfu fil-ġmiel u grandezza tagħha filwaqt  li jkollkom l-opportunita li żżuru ir- Royal chambers, ir- Royal Cathedral (dħul inkluż), il- Bishop’s Palace, Wawel Hill u il-knisja St. Mary’s church b’żewġ kampnari. Madankollu, hemm aktar fil-kapitali rjali ta’ qabel milli l-istorja tagħha.

 

It-Tnejn 5 ta’ Awissu:

Jum ieħor ikkaraterizzat bil-ġmiel ta’ Polonja. Eskursjoni optional ta’ jum sħiħ f’ Zakopane: ġenna spettakolari ta’ muntanji li tiftaħar bil-ħafna attrazzjonijiet li toffri, veduti jaqtgħulek nifsek, wirt kulturali u arkitettura unika – kollha iffrejmjati mit- Tatra Mountains.

 

It-Tlieta 6 ta’ Awissu:

Wara il-kolazzjon buffet ta’ kuljum, ħudu pjaċir waqt il-ħin liberu tal-lum sabiex terġgħu iżżuru iċ-ċentru ta’ Krakow (distanza bil-mixi). Tieħdu kafe jew birra minn wieħed mill-ħafna ristoranti jew terġgħu iżżuru attrazzjonijiet li ħadtu grazzja magħhom il-Ħadd. Alternattivament, tistgħu tieħdu eskursjoni ta’ ġurnata fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz (extra u jiġi ibbukkjat fil-post).

 

L-Erbgħa 7 ta’ Awissu:

Eskursjoni optional ta’ jum sħiħ jistenniekom illum: żewġ attrazzjonijiet mill-isbaħ u l-aktar importanti  kumbinati f’ġurnata waħda. Nibdew billi inżuru id-distrett ta’ Lagiewniki fi Krakow, fejn jinstab id- Divine Mercy Sanctuary magħruf mad-dinja. Fil-qalba ta’ dan is-santwarju, hemm il-kappella fejn jinstabu l-immaġini mirakoluża ta’ Merciful Jesus u il-qabar ta’ Sister Faustina. Minn  hawnhekk immoru  Oscar Schindler’s Factory. Din il-fabbrika mibdula f’mużew, rebħet notorjota kbira wara il-film storiku tal- 1993 dirett minn Steven Spielberg. Ikollkom ħin biex iżżuru l- Eagle’s Pharmacy Museum. (dħul inkluż).

 

Il-Ħamis 8 ta’ Awissu:

Wara il-kolazzjon illum flimkien ml-membri l-oħra tal-grupp ser immorru bil-coach privat li ser titrasferina lejn il Wieliczka Salt Mines (dħul inkluż). Dawn il-mini jinkludu kmamar manjifiċi imnaqqxa minn rock salt, lagi taħt l-art mielħa, kostruzzjonijiet tal-injam majestużi u statwi uniċi skultati fil-melħ. Mhux ta’ b’xejn din hija waħda mill-attrazzjonijiet l-aktar popolari fil-Polonja. Ftit wara nirritornaw fiċ-ċentru ta’ Krakow għal xi ħin liberu fl-ikbar shopping mall ta’ Krakow Galeria Krakowska.

 

Il-Ġimgħa 9 ta’ Awissu:

Wara il-kolazzjon immorru għal eskursjoni optional f’ Kalwaria Zebrydowska u Wadowice. Fl-1999 Kalwaria Zebrzydowska kienet miżjuda fil-lista tal UNESCO World Heritage sites. Il-knisja oriġinali fuq għolja fil-majjistral taċ-ċentru kibret gradwalment u illum hija il-Bażilika enormi ta’ Our Lady of the Angels. Wara inkomplu lejn Wadowice, il-post tat-twelid ta’ Karol Wojtyła magħruf aħjar bħala il-Papa Ġwann Pawlu II. Wadowice evolviet bħala destinazzjoni popolari ta’ pellegrinaġġ. Nies jiġu biex jimxu matul toroq ħelwin bil- cobblestones, isellmu lid-dar tal-familja Wojtyła (dħul inkluż) u forsi aktar importanti, idduqu slajs tal-kejk bil-krema leġġendarju,  kremowka.

 

Is-Sibt 10 ta’ Awissu:

Inqumu kmieni għal kolazzjon ippakkjat, fil-ħin għat-tranfer tagħkom fl-ajurport għat-titjira diretta lura lejn Malta li titlaq fid- 09.35.

 

 

Prezz kull persuna:                                              Prezz                      *Prezz Specjali

Twin                                                                     

Triple                                                                    

Single                                                                     

Child                                                                       

 (taħt it- 12 il-sena ma’ 2 Adulti)

 

Prezz jinkludi:

Titjiriet diretti bir-ritorn lejn Poland

10 Kgs Hand Luggage

20 Kgs Checked-In Luggage

Trasferimenti kollha

7 T’iljieli  fil-lukanda 3* Hotel Kazimierz I (jew simili) fi Krakow fuq bażi  Bed & Breakfast

Protezzjoni mill-Fond ta’ Insolvenza

Tour Leader

 

 

Eskursjonijiet Optional:                                                    Adulti     Tfal

Krakow – Kazimierz & Old Town                                       

Zakopane                                                                               

Divine mercy & Oscar Shindler                                         

Wieliczka Salt Mines & Galleria                                         

Kalwaria Zebrzydowska & Wadowice                               

Total                                                                                      

 

 

€779                       €679

€699                       €599

€979                       €879
€349                       
€299                 

€39         €19

€49         €25

€37         €24
€49         €25       

€49         €25 

€223       €118     

KRAKAW 3.jpg

Wieliczka Salt Mines, Kalwaria Zebrydowska & Wadowice

KRAKAW 1.jpg
ZALOPANE POLAND.jpg
, Kalwaria Zebrydowska POLAND.jpg
Kazimierz pOLAND 1.jpg
Wieliczka Salt Mines pOLAND.jpg
Wieliczka Salt Mines pOLAND  2.jpg
Wieliczka Salt Mines pOLAND  3.jpg
KRAKAW.jpg
Wadowice pOLAND  2.jpg
  • White Twitter Icon
  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page